Cutajar fil-Parlament: “Għafsa ta’ qalb li persuni b’diżabilità mhux igawdu mill-ġid”

Read in English.

Id-deputat ġdid Nazzjonalista Kevin Cutajar kien qed jieħu sehem fl-ewwel diskussjoni tiegħu fil-parlament meta ħa sehem fid-diskussjoni dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet.

Cutajar tkellem dwar il-pensjonijiet tal-persuni b’diżabilità u stqarr li f’mument ta’ ekonomija prosperuża, hemm kategoriji sħaħ fosthom il-persuni b’diżabilità li mhux qed igawdu minn dan il-ġid. Huwa qal li dan huwa paradoss u spjega kif għalih hi għafsa ta’ qalb meta jara persuni b’diżabilità ma jsibux ruħhom fid-dinja tax-xogħol u jgħixu ħajja indipendenti.

Dr Cutajar appella biex il-Gvern jieħu bis-serjetà r-riforma tal-pensjonijiet, ħalli l-pajjiż ma jsibx din il-problema ma’ wiċċu. Fl-istess ħin, Cutajar qal li l-pjan irid jinkludi settur bħall-persuni b’diżabilità u li jiġu mgħejjuna biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja