L-ewwel diska li qatt ġiet miktuba u rrekordjata fl-ispazju

L-astronawt Kanadiż Chris Hadfield irrekordja diska mal-kantant Ed Robertson 250 mil ‘il bogħod mid-dinja, sewwasew fl-Istazzjon Internazzjonali Spazjali. Id-diska, bl-isem ta’ ‘Is Somebody Singing?’, hija l-ewwel diska li qatt ġiet miktuba u rrekordjata fl-ispazju.

Hadfield u Robertson kitbu d-diska qabel ma ġiet irrekordjata permezz ta’ satellita fi studjo f’Toronto. Il-kor bl-isem ta’ Wexford Gleeks kien preżenti fl-istudjo, fejn hemmhekk kanta ma’ Ed Robertson.

Hadfield bi ħsiebu jikteb iżjed mużika bl-għajnuna ta’ ħuh u għandu l-intenzjoni li jirrekordja album sħiħ mill-ispazju.