L-ewwel deputat għall-UKIP fil-Parlament Ingliż

Il-UK Indipendence Party rebaħ l-ewwel siġġu fil-Parlament Ingliż fl-istorja tiegħu f’by-election wara r-riżenja ta’ deputat tal-Konservattivi, li issa ġie elett fil-Parlament f’isem il-partit għall-indipendenza.
F’by-election oħra, il-UKIP ġie qrib ħafna tal-Labour Ingliż li żamm l-ewwel post għalkemm id-distakk bejn iż-żewġ partiti issa hi ferm żgħira.
Il-mexxej tal-UKIP, Nick Farange, qal li r-riżultati tal-by-elections "iriegħdu l-politika fir-Renju Unit".
Farange qed jistenna lil iktar deputati Konservattivi jaqsmu lejn il-partit tiegħu, u mhux jeskludi li anke xi deputati Laburisti joqorbu lejn il-UKIP.