“L-ewwel ‘birthday’ mingħajr ommi” – PJ

Illum jaħbat għeluq l-44 sena tax-xandar PJ Vassallo Mintoff. Twieled bħal-lum l-1 ta’ Mejju tal-1976. PJ, li huwa wieħed mill-fundaturi tal-kumpanija WE narawh ukoll fi programmi bħal Ħadd Għalik fejn ikun għaddej bi sfidi kontra Mario Coleiro. Fis-sajf f’dawn l-aħħar snin rajnieh jippreżenta l-programm Tough Luck ma’ Angie Laus.

Dalgħodu PJ qam jiċċelebra għeluq sninu b’dak li sejjaħ birthday sunrise breakfast u pubblikament għamel żewġ ringrazzjament.

“Grazzi Mulej ta’ dawn l-44 Sena. L- ewwel birthday mingħajr ommi li tagħtni kull m’għandi. Dieqa, kuraġġ u determinazzjoni li nipprova nagħmel li nista’ f’dil-ħajja li għandi. Grazzi ma,” kiteb PJ fil-messaġġ tiegħu, b’tifkira lil ommu Frances li ħallietna f’Awwissu li għadda.

Frances Vassallo, omm PJ, li ħallietna f’Awwissu 2019

Nawguraw lil PJ jum mill-isbaħ f’għeluq sninu.