“L-ewwel bikja tiegħek; l-aqwa mużika għal widnejja”

Richard Micallef u Raisa Piscopo għadhom kemm laqgħu fid-dinja l-ewwel wild tagħhom, liċ-ċkejken Benjamin.
Richard spjega kif il-mument tat-twelid qanqal fih emozzjonijiet sbieħ.
Hu kompla jgħid kif l-ewwel bikja ta’ ibnu Benjamin kienet l-isbaħ mużika li qatt sema’ f’ħajtu.
F’messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook, Richard irringrazzja lill-istaff kollu ta’ Mater Dei, b’mod speċjali lil dawk kollha li ħadu ħsieb il-wild ta’ binhom.
Ftit tal-jiem ilu, il-kantant iddeċieda li jikteb kanzunetta għal ibnu li kien għadu ma twelidx, sabiex jgħidlu kemm diġà jħobbu minkejja li kien għadhom qatt ma ltaqgħu.