L-ewwel album ta’ Missy Elliott f’14-il sena

Ritratt: Instagram

Miss Elliott ħarġet l-ewwel album tagħha lbieraħ wara 14-il sena bl-isem ta’ Iconology waqt li l-lum is-Sibt u għada l-Ħadd, 24 u 25 ta’ Awwissu, fi New York se jintrama mużew interattiv għall-kantanta li fiha jitfakkru s-suċċessi tagħha bil-vidjows li fetħu t-triq biex il-vidjows bdew isiru saru aktar innovattivi.

Ir-rapper Amerikana ħarġet xi diski ’l hemm u ’l hawn matul is-snin, bħal WTF fl-2016 u I’m Better fis-sena ta’ wara. Imma dawn ma tantx jidher li ntlaqgħu tajjeb, lanqas mill-istess Missy Elliot li ffukat l-enerġija kollha tagħha f’dan il-proġett mużikali ġdid ma’ Timbaland. Meta jkunu flimkien dawn it-tnejn jipproduċu meravilja ta’ diski li jibqgħu miftakra.

Missy Eliott ilbieraħ bagħtet messaġġ fuq Instagram li fih stqarret li din is-sena kienet waħda tremenda għaliha.

“Nirringrazzja lil dawk il-fans kollha tiegħi li baqgħu jagħtuni l-appoġġ, u lil Alla, li huma r-raġuni għaliex qiegħda hawn u ċċelebrajt xi ħaġa kbira. Issa għandi sorpriża għalikom … ejjew inkomplu ċ-ċelebrazzjoni l-lejla f’nofsillejl meta se noħroġ ġabra ta’ diski ġodda … Dan ifakkarna bħal meta kien żmien li l-mużika kienet tinħass tajba u ġegħlitna rridu niżfnu! Dr. Melissa “Missy” Elliott #Iconology”