L-ewwel 4 każijiet tal-coronavirus fl-Awstralja

China Virus

Read in English.

L-Awstralja kkonfermat l-ewwel erba’ każijiet tagħha tal-coronavirus Ċiniż.

Tliet irġiel, li għandhom 35, 43 u 53 sena minn New South Wales, jinsabu f’kundizzjoni stabbli wara li ġie kkonfermat li għandhom il-virus wara li żaru Wuhan dan ix-xahar. Dan ħabbru l-Ministru għas-Saħħa Brad Hazzard.

Ċiniż li għandu fuq il-50 sena li kien f’Wuhan qed jiġi rikoverat fi sptar f’Melbourne li wkoll jinsab f’kundizzjoni stabbli wara li wasal fiċ-Ċina fid-19 ta’ Jannar.

Fiċ-Ċina n-numru ta’ nies mejta tela’ għal 41 minn 26. Ħafna postijiet turistiċi u rotot tat-trasport huma wieqfa.

Aktar minn 1,300 persuna ġew infettati madwar id-dinja b’dan il-virus, li qed jiġi ttraċċat għal suq tal-ikel tal-baħar fil-belt Wuhan, fejn kienu qed jinbiegħu xi annimali illegalment.