L-ewwel 4 albums ta’ Madonna issa se jinħarġu fuq vinyl

Ritratt: madonna.com

F’Novembru li ġej l-albums Madonna, Like A Virgin, True Blue u Who’s That Girl: The Original Motion Picture Soundtrack se jkunu qed jerġgħu jinħarġu mill-ġdid, din id-darba bħala vinyls trasparenti għal kollox.

Bħal dejjem il-kantanta ta’ 60 sena tipprova tkun innovattiva f’dak kollu li tagħmel u jidher biċ-ċar li trid tirkeb fuq l-interess li qed jerġa’ jqum għall-vinyls, li għalkemm għad m’hawnx domanda kbira għalihom, ma ndumux ma nkunu qed nerġgħu nisimgħu ħafna bihom.

L-album Madonna kien inħareġ fl-1983 u kien jinkludi s-siltiet ta’ suċċess Holiday, Lucky Star u Borderline. Dan l-album ġie ċertifikat ħames darbiet tal-platinju u biegħ aktar minn 10 miljun kopja madwar id-dinja.

Fis-sena ta’ wara kienet ħarġet Like A Virgin li kellu suċċessi bħal Dress You Up, Angel u Material Girl.

L-1986 kienet is-sena ta’ True Blue li biegħ aktar minn 25 miljun kopja madwar id-dinja u kien jinkludi s-suċċessi Live to Tell, Papa Don’t Preach u Open Your Heart.

Wara hija ħarġet fil-film Who’s That Girl li għalih il-kantanta kienet irrekordjat 4 kanzunetti għas-soundtrack. Dan inħareġ fl-1987 u biegħ aktar minn 6 miljun kopja madwar id-dinja.

Madonna then starred in the movie Who’s That Girl and recorded four songs for its accompanying soundtrack. Released in 1987, the soundtrack sold more than six million copies internationally

Id-data tal-ħruġ ta’ dawn l-4 albums hija t-8 ta’ Novembru. Se jkunu disponibbli li jinxtraw jew albums weħidhom jew bħala pakkett ta’ 4.