L-Ewropa żżid il-pressjoni fuq ir-Russja

Il-President Russu Vladimir Putin mistenni jiltaqa’ ma’ dak Ukren Petro Poroshenko u ma’ mexxejja ta’ pajjiżi Ewropej hekk kif dawn qed iżidu l-pressjoni fuq ir-Russja biex twaqqaf il-ġlied fl-Ukrajna.
Il-mexxejja tar-Renju Unit, Franza, l-Italja u l-Ġermanja qed jakkużaw lir-Russja li qed tagħti l-armi lir-ribelli u li bagħtet it-truppi tagħha fl-Ukrajna.
Mill-waqfien uffiċjali tal-ġlied f’Settembru, xorta waħda seħħew xi attakki iżolati miż-żewġ naħat.