“L-Ewropa trid tirrispetta d-diversità”

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li l-Ewropa trid tirrispetta d-diversità u ma tħaddanx mentalità ta’ one size fits all.
Waqt li kien qiegħed jindirizza l-Konferenza dwar il-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali fi Brussell, il-Ministru Bartolo qal li l-mentalità tad-diversità tagħti t-tama lill-Unjoni Ewropea.
Evarist Bartolo qal li minkejja d-dkument dwar il-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali huwa b’saħħtu, l-isfida tibqa’ kif se nsawru l-politika u kif se naħdmu biex inbiddlu dawn il-prinċipji f’miżuri konkreti li bihom intejbu l-ħajja ta’ kuljum tan-nies.
Saħaq li d-dokument għandu jilħaq lil dawk emarġinati. Biex dan iseħħ, il-Ministru  Bartolo qal li x-xogħol għandu  jsir fil-livell tal-istati membri, kif ukoll fuq dak nazzjonali, reġjonali u lokali.