L-Ewropa trid tibqa’ taħdem għax-xogħol u t-tkabbir ekomomiku – PM

Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat kellu laqgħa f'Londra mal-Ministru tal-Istati għall-Ewropa David Lidington. Fil-laqgħa l-Prim Ministru tkellem mal-Ministru Lidington dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea u l-pożizzjoni li qed jieħu l-gvern Ingliż rigward ir-riformi li jridu jaraw li jitwettqu. Il-Prim Ministru qal li l-Ewropa trid tibqa' fit-triq li taħdem għax-xogħol u t-tkabbir ekomomiku.
Qal li kulħadd irid jara bidliet fl-Unjoni Ewropea u jemmen li kull stat membru għandu rwol li jikkontribwixxi favur bidla fil-mod kif titmexxa l-Unjoni Ewropea biex tibqa' relevanti u miftuħa għal kull stat membru.
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo