“L-Ewropa trid issaħħaħ is-sigurtà fil-fruntieri b’politika barranija komuni”

Meta kien qed jindirizza l-Korpi Diplomatiċi u l-midja, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil tkellem dwar l-importanza li l-mexxejja Ewropej jieħdu d-deċiżjonijiet fid-dawl tal-inċertezza li qed tikber madwar l-Ewropa.
Simon Busuttil qal li l-Ewropa trid issaħħaħ is-sigurtà fil-fruntieri b’politika barranija komuni.
Qal li jekk il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jaħdmu flimkien jistgħu jinkisbu riżultati kemm fis-Sirja kif ukoll fil-Libja iżda jekk kulħadd se jimxi għal rasu kull pajjiż se jkun vulnerabbli.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem dwar suġġett kontroversjali fl-Ewropa bħalissa, li jkun hawn gwardjani kostali fil-pajjiżi membri u kif il-kontrolli interni spiċċaw biex jissaħħu dawk esterni.
Simon Busuttil qal li jekk ir-Renju Unit titlaq mill-Unjoni Ewropea, l-Unjoni taqla’ daqqa kbira.
Qal li l-politika jridu jagħtu rendikont lill-popli dwar il-miżuri li qed jittieħdu għall-paċi u s-sigurtà.