“L-Ewropa tinsab għamja u truxa quddiem il-massakru”

IFRC

Read in English.

“L-Ewropa tinsab għamja u truxa quddiem il-massakru” hekk qal il-President tal-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar Aħmar, Francesco Rocca f’intervista li ta lil Nello Scavo u dehret fil-ġurnal Avvenire.

Huwa kien qed jirreferi għall-immigrazzjoni fil-Mediterran.

Huwa staqsa għalfejn qed jingħad li l-Libja hija pajjiż sigur li jirrispetta d-dinjità tal-bniedem. Rocca saħaq li l-Libja mhux pajjiż sigur u minkejja li l-Gwardja Kostali Libjana tista’ tissaħħaħ u dan ikun żvilupp importanti xorta jibqa’ l-fatt li l-Awtoritajiet fi Tripli għadhom ma ffirmawx il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra.

Rocca kellu kliem iebsa dwar dak li huwa sejjaħ ‘il-masskru fil-mediterran li ghadu għaddej’. Huwa qal li l-Unjoni Ewropea mhix kapaċi tagħti l-prijorità l-prinċipi tal-umanità u solidarjetà. Huwa sostna li hemm bżonn ta’ risposta kommuni ewropea iżda minflok l-UE tinsab għamja u truxa quddiem din t-traġedja umana.

Fl-intervista tiegħu huwa għamel ukoll referenza għaż-żmien li fih l-Italja kienet tilqa’ l-Albaniżi li kienu jaslu l-Italja permezz ta’ dgħajjes. Rocca qal li minn dak iż-żmien qatt ma riedna naffrontaw l-għaliex in-nies jaħarbu minn pajjiżhom.