L-Ewropa mhux se tilhaq il-miri ambjentali 2020

Skont rapport, l-Ewropa x’aktarx mhux se jirnexxielha tilħaq l-għanijiet għall-ambjent tal-2020.

Ir-rapport, li ġie ppubblikat mill-Aġenżija għall-Ambjent tal-Unjoni Ewropea (EEA), jgħid li l-Ewropa mhux qed jirnexxielha tagħmel progress f’ebda sezzjoni tal-ambjent. Sezzjonijiet jinkludu l-konservazzjoni tan-natura u azzjoni dwar il-bidla fil-klima.

Ir-rapport jiffoka fuq il-problemi li dawn joħolqu għas-saħħa tal-bniedem. Dawn jaf ikollhom impatt qawwi fuq il-biodiversità tar-reġjun, sa punt li jfixkel is-sistemi li jipprovdu s-sustanza lin-nies; l-ilma, u l-għelieqi.

Skont il-World Wildlife Fund (WWF), il-Green Deal tal-Unjoni Ewropea għandha tgħin f’dawn l-aspetti. Skonthom, il-ftehim għandu jgħaddi minn ħames testijiet biex ikun ftehim tajjeb. Għandu jkun hemm liġijiet stretti dwar il-biodiversità, u dwar il-bidla fil-klima, biex jitnaqqsu l-emmissjonijiet. Barra minn hekk, l-għaqda tħoss li l-liġijiet li diġà hemm għandhom jintużaw fis-sħiħ tagħhom, peress li dan m’huwix il-każ.

Il-Green New Deal tista’ tkun opportunità biex tgħaqqad – Alfred Sant