L-Ewropa lesta biex tgħin lil Spanja u l-Marokk

Il-Kummissjoni Ewropea hija lesta li żżid il-fondi għal Spanja u l-Marokk biex tgħin fl-immaniġġjar tal-immigrazzjoni fil-Mediterran tal-Punent, għalkemm il-baġit huwa limitat, qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker.

Matul l-ewwel xahrejn tiegħu fil-kariga, il-Prim Ministru Soċjalista Spanjol Pedro Sanchez intervjena fil-kriżi tal-immigrazzjoni tal-Ewropa billi pprovda kenn lill-mijiet ta’ refuġjati salvati minn fuq il-baħar, l-istess immigranti li stati oħra tal-Unjoni Ewropea rrifjutaw li jakkomodaw.

Nhar l-Erbgħa, Juncker ippubblika kopja ta’ ittra li fiha qal lil Sanchez li l-UE kienet lesta li żżid l-appoġġ finanzjarju lil Spanja u anke lill-Marokk.