L-Ewropa għandha terġa’ lura għall-valuri tagħha

Il-Kardinal Angelo Bagnasco ta’ Genoa qal li l-komunità Ewropea hemm bżonn terġa’ tiskopri l-valuri spiritwali u morali tagħha, inkella se jkollha taffaċċja diżastru soċjali.
Bagnasco – li hu President tal-Konferenza Episkopali Taljana – kien qed ikellem lill-ġurnalisti lbieraħ wara Quddiesa ċċelebrata f’Napli fi tmiem laqgħa għall-isqfijiet tal-parti ta’ isfel tal-Italja.
“Jew l-Ewropa tiskopri mill-ġdid ir-ruħ tagħha – li mhix dik tal-ekonomija u l-kummerċ imma tal-valuri morali – jew inkella ħa ssibha bi tqila ħafna li timxi ’l quddiem”, saħaq Bagnasco.