“L-Ewropa għandha taġixxi rigward il-prekarjat” – Claudette Abela Baldacchino

L-Ewro-Parlamentari Claudette Abela Baldacchino sostniet li l-Ewropa għandha taġixxi quddiem il-problema tal-prekarjat. Abela Baldacchino sostniet li kienet sorpriża li tul din il-ġimgħa fis-sessjoni plenarja fi Strażburgu, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose Manuel Barroso tkellem dwar kollox, iżda ma semmiex il-fenomenu tax-xogħol prekarju li huwa sinonimu fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropeja inkluż f'Malta.

Claudette Abela Baldacchino sostniet li hemm bżonn li fuq bażi Ewropea jiġi mistħarreġ l-impatt li x-xogħol prekarju qed iħalli fuq iċ-ċittadini u l-familji tagħhom. L-Ewro-Parlamentari żiedet tgħid li din il-problema laħqet livelli inaċċettabli fost iż-żgħażagħ.