L-Ewropa b’temperaturi għolja sa Ottubru

Il-biċċa l-kbira tal-Ewropa se tesperjenza temperaturi ogħla mis-soltu minn Awissu sa Ottubru, skont tbassir minn The Weather Company.

“Is-sħana u n-nixfa tas-sajf ippersistew madwar ħafna mill-Ewropa tat-Tramuntana/tal-Punent u fl-Iskandinavja matul Lulju,” qal Todd Crawford, meteoroloġista ma’ din il-kumpanija.

“Nistennew li dan ikompli f’Awissu, għalkemm issa hemm xi indikazzjonijiet li l-pressjoni baxxa tista’ twassal għall-pressjonijiet ogħla f’xi punt f’Awwissu, li tnaqqas ir-riskji għal sħana estrema, minn tal-inqas fl-Ewropa tal-Punent.”

The Weather Company, proprjetà ta’ IBM, tipprovdi tbassir tat-temp immirat lejn is-setturi tan-negozju u l-enerġija.