L-Everest qed terġa’ tkun iffullata bin-nies

Sena wara minn meta n-Nepal intlaqat minn terremot, ix-xabbaturi fl-aħħar qed jerġgħu jitilgħu fuq il-quċċata tal-muntanja Everest u b’hekk qed jgħinu l-ekonomija tal-pajjiż. 
Il-qiegħ tal-muntanja qed jerġa’ jieħu l-ħajja u qed jerġa’ jimtela bit-tined u l-bejjiegħa tat-te. 
Il-Gvern Nepaliż din is-sena ħareġ 290 permess għall-barranin li jixtiequ jimxu fuq il-passi ta’ Edmund Hillary, l-ewwel raġel li fl-1953 tela’ sa fuq nett tal-Everest.
It-terremot Gorkha, li kellu qawwa ta’ 7.8, kien inħass fil-25 ta’ April tas-sena l-oħra u qatel 8,000 persuna u weġġa’ 21,000 oħra.