Read in English.
Il-Muntanja Everest hija ogħla minn dak li kien maħsub qabel. Dan ħabbruh in-Nepal u ċ-Ċina f’dikjarazzjoni li għandha ssolvi kunflitt li ilu għaddej fuq l-għoli tal-ogħla quċċata tad-dinja li taqsam il-fruntiera komuni tagħhom.
Kathmandu u Beijing kienu differenti fuq l-għoli eżatt tal-muntanja iżda wara li kull pajjiż bagħat spedizzjoni ta’ servejers fil-quċċata, qablu li l-għoli uffiċjali huwa 8,848.86 metri (29,031.69 pied), ftit iktar mill-kalkoli preċedenti tagħhom.
L-Everest huwa “simbolu etern ta’… ħbiberija bejn in-Nepal u ċ-Ċina,” qal il-Ministru Nepali għall-Affarijiet Barranin Pradeep Kumar Gyawali, li ħabbar is-sejbiet tal-istħarriġ tagħhom fuq filmat telefonata mal-kontroparti Ċiniża tiegħu Wang Yi.