L-Evanġelju tas-Sitt Ħadd tal-Għid

Illum waqt il-programm Il-Kelma li jxxandar fil-11.30am fuq l-istazzjon One, Antonella Galea Loffreda se titkellem mas-Seminarista Ian Diacono u mat-Teologa Dorianne Buttigieg dwar l-Evanġelju tas-Sitt Ħadd tal-Għid fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Antonella bil-mod uniku tagħha tistaqsi mistoqsijiet li kull wieħed u waħda minnha nkunu nixtiequ risposti għalihom.

Rev Dr Martin Micallef O.F.M. Cap. jagħti l-ispjega tiegħu mil-lat bibliku, spjega li hija intiża biex inkunu nafu dak li ried jgħidilna Ġesù. Fr Louis Mallia jgħidilna wkoll min kienu l-qaddisin tal-ġimgħa u jagħtina tagħrif dwarhom.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPI Media, b’direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia MSSP.