L-Evanġelju fil-ħajja tagħna ta’ kuljum

Illum fil-11.30am Antonella Galea Loffreda se tippreżenta l-aħħar edizzjoni tal-programm Il-Kelma li jixxandar fil-11.30am fuq l-istazzjon One. Hi se tkun qed tiddiskuti l-Evanġelju tat-13-il Ħadd ta’ Matul is-Sena ma’ Bernadette Briffa u ma’ Fr John Avellino.

Tul ix-xhur li għaddew, Antonella rnexxielha tikkomunika b’mod mexxej u sempliċi, iżda fl-istess ħin fattwali permezz ta’ mistoqsijiet dwar kif l-Evanġelju tal-Ħadd jista’ jkun jingħex fil-ħajja ta’ kulljum. Mhux dejjem kien faċli għax meta qed nitkellmu dwar l-Evanġelju, qed nitkellmu dwar il-kelma t’Alla. Imma dejjem ippruvat tistaqsi mistoqsijiet li jistaqsu n-nies. U hekk ukoll ser tagħmel f’dan l-aħħar programm.

Fr Jesmond Micallef OFM Cap. ifisser l-Evanġelju waqt li Fr Louis Mallia jagħtina informazzjoni dwar il-qaddisin tal-ġimgħa.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi Media, b’direzzjoni ta’ Paul Jones.