L-evakwazzjoni tal-Filippini lejn Malta se tiġi posposta

L-evakwazzjoni ta’ elf ċittadin Filippin lejn Malta se tiġi posposta b’numru ta’ ġranet wara li l-port f’Benghazi ngħalaq
Skont rapporti internazzjonali, il-Filippini kellhom jiġu evakwati lejn Malta permezz ta’ vapur mikri apposta.
Dan il-vapur kellu jasal Malta għada, 12 ta’ Awwissu.
Il-wasla ta’ dan il-vapur se tittardja b’jumejn jew tlett ijiem minħabba li ngħalaq l-port ta’ Benghazi.
Il-pjan hu li l-vapur jieqaf l-ewwel f’Benghazi u wara jieqaf Misurata. Minn hemm, jitlaq għal Malta fejn iċ-ċittadini Fillipini mistennija jaqbdu titjira lejn pajjiżhom.