L-Etna ddaħħan mis-Salvatur f’Għawdex

Minkejja li bosta fotografi u anki nies, speċjalment l-Għawdxin u l-Melleħin, jgħidu li mhix xi ħaġa rari li l-Etna tidher mill-Għolja tal-Merżuq, kienet xi ħaġa mhux normali kif il-fotografu Daniel Cilia lbieraħ qabad ix-xena mil-lenti tiegħu.
L-għolja, li tinsab f'Marsalforn, hi aktar magħrufa bħala s-Salvatur, inħawi li għal min ma jkunx jaf sewwa, faċilment titfixkilhom mas-sit li fiha hemm xbieha kbira ta' Ġesù b'dirgħajh miftuħin f'Rio de Janeiro.
Cilia rnexxielu jaqbad l-Etna jdaħħan fl-isfond tal-istatwa kbira ta' Ġesù, bl-ikħal tal-baħar, l-iġbla sfumati ta' taħt l-Etna, u l-għolja ħadranija quddiemhom.
Ritratt: Daniel Cilia