Ilbieraħ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ppubblika l-lista uffiċjali ta’ min se jkunu l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari fil-kabinett ta’ Robert Abela sal-elezzjoni ġenerali li jmiss. L-età medja tagħhom hija dik ta’ 47 sena.
L-iżgħar membri tal-Kabinett huma Rosianne Cutajar u Clint Camilleri li t-tnejn għandhom 31 sena. Intant, il-membru tal-kabinett li l-aktar huwa avvanzat fl-età huwa Edward Scicluna.
Kemm għandhom żmien il-membri tal-Kabinett?
Il-Prim Ministru Robert Abela nnifsu twieled fis-7 ta’ Diċembru tal-1977 u b’hekk għandu 42 sena.
Chris Fearne, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa twieled fit-12 ta’ Marzu tal-1963 u b’hekk għandu 56 sena.
Evarist Bartolo, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, twieled fl-14 ta’ Ottubru tal-1952 u b’hekk għandu 67 sena.
Edward Scicluna, il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, twieled fit-12 ta’ Ottubru tal-1946 u b’hekk għandu 73 sena.
Michael Farrugia, il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, twieled fit-28 ta’ Diċembru tal-1956 u b’hekk għandu 63 sena.
Owen Bonnici, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, twieled fl-24 ta’ Mejju tal-1980 u b’hekk għandu 39 sena.
José Herrera, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, twieled fit-13 ta’ Awwissu tal-1974 u b’hekk għandu 45 sena.
Carmelo Abela, il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, twieled fl-10 ta’ Frar tal-1972 u b’hekk għandu 47 sena.
Ian Borg, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, twieled fl-28 ta’ Frar tal-1986 u b’hekk gandu 33 sena.
Justyne Caruana, il-Ministru għal Għawdex, twieldet fit-22 ta’ Novembru tal-1974 u b’hekk għandha 45 sena.
Michael Falzon, il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, twieled fis-16 ta’ Novembru 1961 u b’hekk għandu 58 sena.
Edward Zammit Lewis, il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, twieled fil-21 ta’ Ġunju tal-1973 u b’hekk għandu 46 sena.
Roderick Galdes, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, twieled fid-29 ta’ Ġunju tal-1975 u b’hekk għandu 46 sena.
Silvio Schembri, il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, twieled fil-21 ta’ Mejju tal-1985 u b’hekk għandu 36 sena.
Julia Farrugia Portelli, il-Ministru għat-Turiżmu, twieldet fil-21 ta’ Mejju tal-1977 u b’hekk għandha 42 sena.
Aaron Farrugia, il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, twieled fl-1 ta’ Jannar tal-1980 u b’hekk għandu 40 sena.
Clint Camilleri, il-Ministru għall-Politika Agrarja u Sajd, Drittijiet tal-Annimali u Protezzjoni tal-Konsumatur, għandu 31 sena.
Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, twieled fit-28 ta’ Jannar tal-1987 u b’hekk għandu 32 sena.
Stefan Zrinzo Azzopardi, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, twieled fit-23 ta’ Settembru tal-1973 u b’hekk għandu 46 sena.
Clayton Bartolo, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, twieled fit-2 ta’ Ġunju tal-1987 u għandu 32 sena.
Clifton Grima, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, twieled fl-14 ta’ Settembru tal-1983 u b’hekk għandu 36 sena.
Chris Agius, is-Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġett Kapitali, twieled fis-17 ta’ Novembru tal-1961 u b’hekk għandu 58 sena.
Silvio Parnis, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità, twieled fid-19 ta’ Ottubru tal-1965 għandu aktar minn 54 sena.
Rosianne Cutajar, is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, twieldet fl-4 ta’ Settembru tal-1988 u b’hekk għandha 31 sena.
Deo Debattista, is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika, twieled fl-24 ta’ Lulju tal-1963 u b’hekk għandu 56 sena.
Alex Muscat, is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet, twieled fis-16 ta’ Frar tal-1983 u b’hekk għandu 36 sena.