L-estremisti Iżlamiċi javżaw lill-Ġappun li daqt se joqtlu l-ostaġġi

Il-militanti Iżlamiċi membri fl-Istat Iżlamiku bagħtu messaġġ lill-Gvern Ġappuniż li bdew jgħoddu l-ħin li għandu jwassal għall-eżekuzzjoni taż-żewġ persuni Ġappuniżi miżmuma minnhom.
Il-militanti kienu qalu li se jagħtu 72 siegħa żmien lill-Gvern Ġappuniż biex iħallas 200 miljun dollaru sabiex jeħilsu liż-żewġ ostaġġi.
Il-Gvern Ġappuniż qed isostni li s-sitwazzjoni hija kkumplikata ferm u li mhux minnu li sar kuntatt mal-estremisti Iżlamiċi.