L-esportazzjoni taż-żejt mil-Libja fl-inqas livelli f’dawn l-aħħar sentejn

L-esportazzjoni taż-żejt mil-Libja tinsab fl-inqas livelli minn żmien ir-rivoluzzjoni li wasslet għall-waqa’ tal-Kurunell Gaddafi.

Fil-preżent il-Libja qed tesporta ftit inqas minn 160,000 barmil żejt kuljum.

Dan meta fil-jiem li għaddew il-produzzjoni kienet tammonta għal aktar minn 260,000 barmil żejt kuljum.

Il-Ministeru responsabbli miż-żejt sostna li l-impjanti taż-żejt f’Benghazi mhux qed jaħdmu.

Qal ukoll li mhux ċert meta l-produzzjoni se tirritorna għan-normal.