Yorgen Fenech mill-ġdid irrifjutat il-ħelsien mill-arrest

Read in English.

Il-Qorti llum irrifjutat mill-ġdid it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Yorgen Fenech. Dan id-digriet inħareġ mill-Maġistrat Rachel Montebello wara smigħ ta’ ftit inqas minn ħames sigħat fejn illum xi esperti tal-Europol affaċċjaw kontro-eżami.

Fid-digriet tagħha, il-Maġistrat qalet li ċ-ċaħda tal-ħelsien mill-arrest tal-imputat f’dan l-istadju ma tfissirx li l-prosekuzzjoni għandha dritt li ma tmexxix l-investigazzjoni f’dan l-omiċidju. Fenech qed jiġi akkużat b’kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-Qorti sostniet li teħtieġ li l-obbligu tal-prosekuzzjoni jiġi osservat skruplożament u jibqa’ jiġi osservat biex ikunu ssalvagwardjati l-interessi kollha konkorrenti f’dawn il-proċeduri.

It-tim tad-difiża ta’ Fenech kien għamel it-talba għall-ħelsien mill-arrest fit-23 ta’ Novembru. Dakinhar il-Maġistrat kienet qalet li d-deċiżjoni se tkun qed tittieħed fiż-żmien li ġej.

Din mhix l-ewwel darba li Fenech kien irrifjutat il-ħelsien mill-arrest, hekk kif hu ġie rrifjutat il-ħelsien mill-arrest b’kollox ħames darbiet minn meta ġie arrestat ftit aktar minn sena ilu.

Propju fid-digriet tagħha tal-lum, il-Qorti għamlet referenza għar-rifjut tal-ħelsien mill-arrest preċedenti, dak tal-1 ta’ Settembru. Ir-raġunijiet ta’ dik iċ-ċaħda huma simili ħafna għar-raġunijiet ta’ din iċ-ċaħda. Il-Qorti kienet saħqet li id-detenzjoni kontinwata tal-persuna suspettata li hija ħatja ta’ reat kriminali tista’ tiġi ġustifikata biss jekk ikunu jeżistu, f’kull każ individwali, raġunijiet oġġettivi u fondati li jsostnu, fost oħrajn, biża’ ta’ interferenza max-xhieda, kollużjoni u intraċċ tal-kors tal-ġustizzja kif ukoll biża’ li l-imputat jaħrab.

L-esperti tal-Europol jaffaċċjaw kontro-eżami

Esperti tal-Europol li vjaġġaw lejn Malta din il-ġimgħa affaċċjaw kontro-eżami mit-tim tad-difiżata’ Yorgen Fenech illum.

It-Tnejn, tliet esperti xehdu fil-Qorti dwar ix-xogħol li għamlu fuq l-apparat elettroniku kkonfiskat mid-dar, il-jott u l-uffiċċju ta’ Fenech meta kien arrestat fl-2019.

Fenech qed jitressaq akkużat b’involviment fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

It-tliet esperti li ppreżentaw il-hard drives b’madwar 4 Tb ta’ informazzjoni lill-Qorti, kienu Malta fl-2019 biex jestrattaw l-informazzjoni fl-apparat. Żewġ iPhones u żewġ SIM cards li kienu kkonfiskati mingħand Fenech li ttieħdu l-Olanda biex tinħareġ l-informazzjoni li kien fihom, kienu rritornati l-Qorti f’boroż issiġillati.

15:44 Grazzi talli segwejtu dan il-blogg.
Nicole Borg
15:43 Is-smigħ li jmiss se jsir fit-12 ta' Jannar tal-2021 fl-10am.
Nicole Borg
15:40 Issa qed jiddiskutu r-rinviju. Il-Maġistrat Montebello qalet li qed tittama li r-rinviju ma jispiċċax f'tellieqa. Hi żiedet tgħid li idealment ikun hemm kollaborazzjoni bejn il-partijiet.
Nicole Borg
15:39 Il-kontro-eżami ta' petrou jieqaf hawn għal-lum.
Nicole Borg
15:38 Dak kollox mill-Ispettur Zahra.
Nicole Borg
15:36 Petrou qal li kollha ppreżentaw esebiti lill-maġistrat inkwerenti u rċevew konferma tagħhom malli wassluhom. Id-dokumenti li ntwerew huma rċevuti li ngħataw wara li ssottomettew l-esibiti.
Nicole Borg
15:36 Hu ntwera xi karti tal-kunsinna.
Nicole Borg
15:34 id-difiża staqsiet jekk hu kellux kuntatt mas-Supretendent it-Tnejn, ix-xhud ikkonferma dan.

Kien l-ewwel darba li ltqajt miegħu mill-2018, wieġeb Petrou.
Nicole Borg
15:33 Petrou spjega li t-team leader ma kienx inkarigat mill-każ. It-team leader jissapportja lill-ħaddiema b'mod loġistiku fil-laboratorju.
Nicole Borg
15:33 Intant, l-Ispettur Zahra se jistaqsi xi mistoqsijiet.
Nicole Borg
15:32 Il-qorti laqgħet it-talba u ppermettiet lill-prosekuzzjoni biex tagħmel il-mistoqsijiet tagħha darboħra.
Nicole Borg
15:29 Mercieca qal li d-dispożizzjoni tax-xhud ġiet sospiża biex ikun evitat fak li ġara bix-xhieda ta' Schembri, fejn id-difiża qalet li ma ngħatatx l-opportunità għal kontro-eżami.
Nicole Borg
15:29 Il-Maġistrat Montebello qalet lit-tim tad-difiża biex tirregola lilha nnifisha u biex iġġib lix-xhud bħala xhud tagħha għal darboħra.
Nicole Borg
15:28 Il-kontro-eżami ġie sospiż.
Nicole Borg
15:26 Il-unit ta' Malta fil-Europol jinsab fil-Europol. L-uffiċini huma fiżikament iżolati kif ukoll in-network lokali.
Nicole Borg
15:23 Mercieca: Min għandu aċċess għall-informazzjoni mit-tim rigward dan il-każ?

Petrou: Issa nikkonferma.

Mercieca: Kif tingħataw aċċess?

Petrou: Hija protetta permezz ta' password u kredenzjali.

Mercieca: Il-Unit Malti fil-Europol għandu aċċess għal din id-data?

Petrou: Le. Din hija network lokali għat-tim tal-forensika. In-network hija isolata.
Nicole Borg
15:22 Petrou spjega li n-network lokali fil-Europol hija ristretta u hemm timijiet differenti għal affarijiet differenti.
Nicole Borg
15:18 Mercieca staqsiet lix-xhud biex jipprepara dawn id-dokumenti:

– Il-mesaġġi SIENA (Petrou jrid jikkonferma mat-team leader biex jara x'inhuma l-proċeduri.)

– lista tal-esibiti kollha li ħadem fuqhom dwar l-isplużjoni tal-bidnija (Petrou qal li jrid jitlob permess mill-qorti l-oħra, bil-Maġistrat Montebello tgħid li din il-qorti qed tawtorizzah)

– Il-lista ta' maġistrati li rrapporta lilhom qabel.
Nicole Borg
15:18 Il-qorti qalet li s-smigħ tal-lum kien dwar ix-xogħol differenti li kien appuntat biex jagħmel b'rabta mal-kawża, u mhux x'għamel sentejn qabel.
Nicole Borg
15:17 Mercieca qal li d-difiża qed issibha diffiċli li taċċessa evidenza sottomessa minn Petrou f'partijiet oħra tal-investigazzjoni.
Nicole Borg
15:17 Il-Maġistrat Montebello qalet li għal Melvin Theuma, hemm inkjesta separata u l-proċess verbali mhux parti minn dawk l-atti.
Nicole Borg
15:14 Tqum diskussjoni dwar jekk il-mistoqsijiet li qed isiru hux relevanti. Camilleri u Caruana Curran qalu li r-rekordings ta' Melvin Theuma huma parti integrali tal-proċedimenti.
Nicole Borg
15:13 Mercieca insista li qed jippruvaw jagħmlu l-aħjar mill-fatt li l-espert huwa barrani.

Il-Maġistrat Montebello qalet li l-brief ta' Petrou kien għal proċedimenti oħrajn fil-Qorti.
Nicole Borg
15:10 Mercieca staqsa lix-xhud biex jipprepara lista tal-esibiti li kien estratta l-informazzjoni minnhom mill-2017.

Il-Maġistrat Montebello qalet li d-difiża għandha ssejjaħ lix-xhud tagħha.
Nicole Borg
15:08 Dwar min ikkonfiska l-oġġetti, Petrou qal li ma jafx u li jaf li kienu kkonfiskati minħabba l-formoli tal-kunsinna.
Nicole Borg
15:06 Mercieca: L-esibiti kienu ssiġillati? Kif ikkonfermajt li kienu ssiġillati?

Petrou: Iva, jekk tħares lejn it-tieni paġa għandek l-informazzjoni.

Mercieca: Min ħa r-ritratti tal-oġġetti? Fenech kien preżenti?

Petrou: Jiena. Fenech ma kienx preżenti.
Nicole Borg
15:03 Mercieca: Inti ħriġt l-informazzjoni mill-esibiti ta' Melvin Theuma?

Petrou: Ma niftakarx.
Nicole Borg
15:00 Mercieca: Yulia T. tagħmel parti mit-tim tagħkom?

Petrou: Iva, hija seconded national expert.

Mercieca: Hi ta' livell iktar ogħli jew iktar baxx minnek?

Petrou: Ninsabu fl-istess livell taħt l-istess kap tat-tim.
Nicole Borg
14:58 Caruana Curran poġġa bilqiegħda ħdejn l-akkużat u tkellem miegħu.
Nicole Borg
14:57 "Sami u jien ninsabu fl-istess team. Normalment ma nibgħatux il-messaġġ SIENA fl-istess team," qal Petrou bħala tweġiba għala l-informazzjoni kienet trażmessa b'mod verbali.
Nicole Borg
14:55 Montebello waqfet lil Mercieca milli jipprova jislet aktar kliem mix-xhued, insistiet li l-kontro-eżami għandu jkun jirrigwarda biss dak li ħareġ mix-xhieda.
Nicole Borg
14:54 Mercieca: Id-difiża ma kinitx taf li tal-Europol kienu se jixhdu.

"Uwejja Dr Mercieca. Dan huwa insult li tgħid li d-difiża ma kinitx taf li l-Europol kienet se tixhed," qalet Montebello.
Nicole Borg
14:52 Mercieca: Kemm-il rapport forensiku ppreparajt?

Petrou: Wieħed għal din il-qorti u ieħor għal qorti oħra…imma mhux ċert.

Mercieca: M'intix ċert dwar kemm-il rapport ippreparajt?

Petrou: Ma nistax nassumi.

Mercieca: Imma ma tistax tassu…

Il-Maġistrat Montebello twaqqfu tgħid "le, le, le!"
Nicole Borg
14:50 Mercieca: it-tieni messaġġ SIENA li kien jirreferi għar-rapport, wasal qabel jew wara l-ewwel wieħed?

Petrou: Wara, skont in-numru.

Mercieca: Hemm diversi messaġġi bejniethom. Dawn kienu dwar il-każ?

Petrou: Jien nirċievi biss messaġġi li jappartjenu għax-xogħol tiegħi.
Nicole Borg
14:49 "Il-messaġġ SIENA kien biex it-talba tkun uffiċjalment mill-awtoritajiet Maltin," qal Petrou lil Mercieca.
Nicole Borg
14:49 Caruana Curran jitkellem ma' Fenech.
Nicole Borg
14:46 Mercieca staqsa dwar kemm il-esebit ħadem fuqhom b'rabta mal-assassinju.

Petrou qal li l-esebiti li estratta l-informazzjoni minnhom bejn Novembru tal-2019 u llum huma mniżżlin fir-raport.

Mercieca staqsa dwar ix-xogħol preċedenti.

Il-maġistrat irrimarkat li dan huwa kontro-eżami wara l-preżentazzjoni tar-rapport. Ix-xhud ma kienx mitlub biex jiġi hawn u jiddiskuti x-xogħol tiegħu fuq każ separat.
Nicole Borg
14:43 Mercieca: Inti għidt li se tippreżenta data set lill-maġistrat inkwerenti, min hu dan il-maġistrat?

Petrou: Neville Camilleri.

Mercieca: Infurmajtu?

Petrou: Le.
Nicole Borg
14:41 Petrou kien innominat bħala espert fl-2017. Hu ppreżenta esebiti fil-Qorti fl-2018 u fl-2019 kien appuntat dan il-każ u assenjat apparat ieħor.
Nicole Borg
14:41 Petrou ġie Malta erba' darbiet, inkluż darbtejn f'Novembru tal-2019 u din id-darba.
Nicole Borg
14:40 Petrou qal li kellu jgħaddi l-estrazzjoni tal-informazzjoni mill-ġdid f'the Hague. Hu kkonferma li reġa' għadda l-estrazzjoni mill-ġdid.
Nicole Borg
14:37 Petrou qal li hu ffinalizza xi imaging hawn. Uħud mill-estrazzjonijiet kienu ffinalizzati hawn u oħrajn f'the Hague.
Nicole Borg
14:35 Petrou qal li ħadd aktar mill-Europol ma wasal miegħu f'Novembru.

Mercieca: Kemm irrappurtajt lill-qrati?

Petrou: Din il-Qorti.

Mercieca: Il-kollegi tiegħek irrappurtaw quddiem qrati oħra?

Il-Maġistrat: Tweġibx. Mhux se jkun qed iwieġeb għall-kollegi tiegħu.

Mercieca: Inti konxju jekk il-kollegi tiegħek irrapportawx quddiem qrati oħrajn?

Petrou: Le.
Nicole Borg
14:34 Mercieca: Fejn jidħlu l-qrati, ma min kont qed tirrapporta?

Petrou: Għal din il-Qorti, jekk mhux sejjer żbaljat, mas-Sur Camilleri.
Nicole Borg
14:33 "Kun ċar f'dak li qed tistaqsi," Petrou qal lil Mercieca.
Nicole Borg
14:32 Sami H. kien innominat bħala punt ta' kuntatt ewlieni mal-awtoritajiet Maltin.
Nicole Borg
14:29 Mercieca: X'ippakkjajt biex ġejt hawn?

Petrou: it-tagħmir standard li jintuża għall-ħruġ ta' informazzjoni.

Mercieca: Kif kont taf x'għandek tippakkja jekk ma kontx taf id-dettalji tal-każ?

Petrou: Ilni naħdem f'dan ix-xogħol 17-il sena.
Nicole Borg
14:28 "Wasalna tard filgħaxija fl-20 ta' Novembru. Lanqas kont preżenti għat-tfittxijiet fejn l-esebiti kienu kkonfiskati," qal Petrou.
Nicole Borg
14:27 Mercieca: Staqsejt għaliex kont qed tintbagħat Malta?

Petrou: Konnha infurmati informalment. Il-messaġġ SIENA kien il-mod uffiċċjali kif issir it-talba fil-21 ta' Novembru.
Nicole Borg
14:26 "Kif għidtlek kien hemm komunikazzjoni mat-team leaders," qal Petrou.
Nicole Borg
14:26 Petrou wasal Malta qabel ma daħlet it-talba.
Nicole Borg
14:25 Mercieca: Il-messaġġ ta' SIENA għadu fis-sistema?

Petrou: Mhux ċert.

Mercieca: Nixtiew li l-messaġġ SIENA li fih it-talba jkun eżebit.
Nicole Borg
14:23 "Ma nafx min għandu aċċess għal xiex fuq SIENA. Il-mistoqsijiet għandhom isiru lill-Europol," qal Petrou.
Nicole Borg
14:23 Ix-xhud qed ikun mistoqsi dwar il-messaġġi SIENA.
Nicole Borg
14:21 Petrou qal li tal-AP Weapons and Explosive irċevew talba mill-Maltin għall-assistenza. Petrou spjega li din kienet assenjata lit-tim tiegħu.
Nicole Borg
14:18 Mercieca: Fejn bdejt mal-Europol?

Petrou: Fl-istess pożizzjoni mal-laboratorju tal-forensika diġitali.

Mercieca: Fl-istess pożizzjoni?

Petrou: L-irwol tiegħi huwa ta' senior forensic examiner and investigator. ix-xogħol tiegħi huwa li nieħu azzjonijiet forensiċi fuq esibiti diġitali.
Nicole Borg
14:18 Hu beda jaħdem mal-Europol f'Ottubru tal-2013.
Nicole Borg
14:17 Hu kien mal-pulizija, imbagħad beda jaħdem fil-laboratorju forensiku u mbagħad fil-unit kontra t-terroriżmu.
Nicole Borg
14:16 Petrou ilu jaħdem fl-infurzar tal-liġi mill-1996. Qabel hu kien student, spjega hu lil Mercieca.
Nicole Borg
14:15 Petru jintalab biex jitla' jixhed.
Nicole Borg
14:14 Il-kontro eżami ta' Totaro ġie pospost għal data oħra. Hu joħroġ mill-awla.
Nicole Borg
14:13 Il-kontro-eżami ta' Totaro minn Mercieca jkompli. Hu staqsa minn ipprovda l-esibiti.

"Sami H., il-kollega tiegħi ipprovda l-esibiti. Apparti dawk ipprovduti minn Yulia T.," wieġeb hu.
Nicole Borg
14:12 Totaro kkonferma l-korrezzjonijiet. Hu iffirma ħdejhom.
Nicole Borg
14:09 Waqt li l-qorti qed tindika nota lir-reġistrar, Fenech reġa' qam biex jitkellem mal-avukati.
Nicole Borg
14:08 il-Qorti tilqa t-talba u jieħu post Arnaud l-Isptettur Zahra.
Nicole Borg
14:08 Arnaud staqsa għall-permess biex jitlaq mill-awla għax hemm bżonnu x'imkien ieħor. Id-difiża attaparsi toġġezzjona.
Nicole Borg
14:03 Id-difiża qed titlob li l-hard drives li għandhom serial numbers indikati fir-rapport ikunu ppreżentati fil-Qorti.

Waqt li l-Qorti qed tapprova t-talba, Totaro qed jikkoreġi r-rapport.
Nicole Borg
14:03 Mercieca qal li l-iżbalji fil-labelling tal-hard drives ma jidhirx li kien xi lapsus calmi imma deċiżjoni konxja li ttieħdet mit-tim tal-Europol.
Nicole Borg
14:01 Arnaud staqsa lix-xhud biex jikkoreġi r-rapport bis-serial numbers korretti fl-awla.

Id-difiża qalet li għandu jippreżenta rapport aġġornat.

Il-Qorti qalet li l-espedjenza tirrikjedi ħaġ'oħra. "Ma tafx x'jista' jiġri."
Nicole Borg
14:00 Aktar serial numbers ta' dokumenti u esibiti li jmorru magħhom jinqraw fl-awla.
Nicole Borg
13:58 Totaro jintalab iħares lejn ħames faċċati.
Nicole Borg
13:58 Il-Qorti tilqa' t-talba.
Nicole Borg
13:57 Arnaud qal lill-qorti li jixtieq juri lix-xhud xi dokumenti mill-proċedimenti tal-każ li jirreferu għall-esibiti li rritorna.
Nicole Borg
13:56 Is-SIM card baqgħet dejjem tinżamm separata mill-iPhone.
Nicole Borg
13:53 Arnaud: Dwar is-SIM card. Tista' tgħidilna x'kienet il-kundizzjoni tas-SIM card meta rċevejtha u tpoġġiet fis-safe tal-Europol?

Totaro: L-istess kundizzjoni li qiegħda bħaissa. Dejjem separata mill-iPhone.

Arnaud: Taf meta kienet id-data li fiha tpoġġiet fis-safe?

Totaro: Meta spiċċajt l-estrazzjoni. Qiegħda fil-log tal-hard drive.
Nicole Borg
13:53 Arnaud: Min hi Yulia T.?

Totaro: Hija kollega tiegħi u membru tat-tim tiegħi – it-tim tal-forensika diġitali.
Nicole Borg
13:51 Arnaud staqsa għaliex ir-rapport kellu l-kodiċi H0 H1.

Il-kodiċi huma relatati mar-rapport SIENA, spjega Totaro.
Nicole Borg
13:50 Arnaud qed jeżamina lix-xhud mill-ġdid.
Nicole Borg
13:49 Il-kontro-eżami ta' Totaro se jkompli ġurnata oħra.
Nicole Borg
13:49 Mercieca: Il-mobile ta' Fenech inżamm f'din il-kamra?

Totaro: Le, għax ma kienx fil-pussess tiegħi.
Nicole Borg
13:47 Mercieca qal li għandu aktar mistoqsijiet għax-xhud li kien se jistaqsi darboħra. Hu jixtieq li x-xhud jippreżenta fil-Qorti xi dokumenti oħrajn.
Nicole Borg
13:47 Mercieca: Fejn kienet il-kamra li ħdimt fiha?

Totaro: Fil-propjetà tas-Servizzi ta' Sigurtà ta' Malta.

Mercieca: Il-lokalità?

Totaro: Ma nafx.

Mercieca: Intkom biss kontu taċċessaw il-kamra?

Totaro: Sa fejn naf jien, iva.
Nicole Borg
13:45 Mercieca: Min kienu l-membri tal-Europol li kellek interazzjoni magħhom f'dawk il-ġranet?

Totaro: Petrou, Sami H. u Torres.

Mercieca: Huma tkellmu ma' membri oħra tal-Europol?

Totaro: Kien hawn analista imma jien ma kellimtux.
Nicole Borg
13:44 Mercieca: Kif wasalt Malta? Ma' min ġejt Malta?

Totaro: Wasalt ma' Petrou u Torres.

Mercieca: U Yulia T. u Sami H.?

Totaro: Sami kien hawn. Ma niftakarx li rajt lil Yulia Malta f'dawk il-ġranet.
Nicole Borg
13:42 Mercieca: F'xi punt qabel is-26 ta' Ottubru tal-2020, inti kellek xi interazzjoni mal-esibiti li jikkonsistu fil-mobile ta' Fenech?

Totaro: Jekk qed tistaqsi jekk kellix interazzjoni mal-esibiti qabel id-data, it-tweġiba hija le. Dawn waslu għandi fis-26 ta' Ottubru.
Nicole Borg
13:42 Mercieca jitkellem ma' Fenech.
Nicole Borg
13:40 Il-maġistrat infurmat lill-partijiet li se tkun qed tippermetti lill-prosekuzzjoni biex tagħmel l-eżami tax-xhud mill-ġdid dejjem jekk dawn jistaqsu dwar dak li xehed fuqu llum.
Nicole Borg
13:39 Sett C 1 u 2 jikkorrispondu għal dawk li hemm imniżżla fir-rapport.
Nicole Borg
13:38 Ix-xhud qed iħares lejn il-hard drives u jikkonferma li dawn mhux dawk li jissemmew fir-rapport.
Nicole Borg
13:37 Ix-xhud qed jintwera żewġ kaxxi li fihom il-hard drives.
Nicole Borg
13:36 Il-Maġistrat Montebello tirritorna fl-awla.
Nicole Borg
13:35 Fenech ġie eskortat lura fl-awla.
Nicole Borg
13:34 Id-deputat registrar informa lil dawk preżenti li biex ineħħu l-maskra jridu jitolbu permess tal-Qorti.
Nicole Borg
13:33 Waqt li qed nistennew is-sessjoni tkompli, il-qraba ta' Fenech qed jieklu. Id-deputat reġistrar ħareġ iwaqqafhom.
Nicole Borg
13:17 Is-sessjoni ġiet sospiża sakemm jinġiebu fl-awla l-hard drives.
Nicole Borg
13:16 Arnaud informa lill-qorti li jixtiequ jeżaminaw li-xhud wara l-kontro-eżami.
Nicole Borg
13:15 Mercieca informa lill-Qorti li jridu jissospendu l-kontro eżami u jkomplu aktar tard.
Nicole Borg
13:13 Totaro spjega li bidlu ħsibijiethom u għażlu drives li kienu konvenjenti għalihom biex jikkupjaw id-data fuqhom.
Nicole Borg
13:12 Mercieca: Tista' tikkonfermalna li dan l-apparat jeżisti?

Totaro: Iva.
Nicole Borg
13:09 Il-problema hija li hemm żewġ kopji tad-data – hard drives għal sett A u sett B. Sett Ċ jikkonsisti f'żewġ hard drives.

Filwaqt li fir-rapport hemm miktub li d-data tinsab mistura f'żewġ hard drives.

Mercieca nnota wkoll li s-serial number jinsab fuq ir-rapport.
Nicole Borg
13:09 Mart Fenech tniżżel il-maskra.
Nicole Borg
13:08 Il-hard drives se jinġiebu fl-awla.

"it-tliet settijiet jikkonsistu f'żewġ hard drives."
Nicole Borg
13:06 Evidentament hemm żball fir-rapport.
Nicole Borg
13:03 Mercieca: inti tikkonferma li Set A u Set B huma l-istess li esebejt mal-kollegi tiegħek jumejn ilu?

Totaro: Iva nikkonferma.
Nicole Borg
13:01 Mercieca qal li l-mistoqsija tiegħu għandha x'taqsam mal-hard drives.
Nicole Borg
13:01 Mercieca jibdel il-kliem tal-mistoqsija.
Nicole Borg
13:00 Il-Maġistrat Montebello qalet li r-rapport XYZ3 huwa ta' Petrou.
Nicole Borg
12:58 Mercieca jrid jistaqsi lix-xhud mistoqsija b'rabta max-xhieda konġunta tagħhom.
Nicole Borg
12:57 L-Ispettur tal-Pulizia Zahra: Din il-mistoqsija ma tistax issir hawn.

Mercieca: Tindaħalx.
Nicole Borg
12:54 Mercieca qal li Totaro fir-rapport isemmi tliet settijiet ta' data. Hu staqsa jekk dawn kienux ippreżentati fil-Qorti.

Totaro qal li għamel dan jumejn ilu.
Nicole Borg
12:54 Totaru qal li m'għandu xejn aktar x'jesebixxi fil-Qorti.
Nicole Borg
12:51 Il-mobile wara l-eżami kien mitfi u baqa' jinżamm fis-safe.
Nicole Borg
12:51 Mercieca: Min għandu aċċess għas-safe?

Totaro: Il-membri tad-digital forensic unit.
Nicole Borg
12:50 Mercieca: X'għamilt bil-mobile wara l-estrazzjoni.

Totaro: Tpoġġa f'safe fil-kwartieri tal-Europol.
Nicole Borg
12:48 Mercieca: Min ikun jista' jgħaddilna lista tal-persuni li ħadmu fuq il-mobile?

Totaro: Skont id-delivery paper il-mobile irċevieh Sami H u Yulia T. kienet fil-pussess tiegħu qabli.
Nicole Borg
12:47 Totaro kkonferma li n-numru fuq il-borża tal-evidenza kienet korretta.
Nicole Borg
12:46 Dr Mercieca wera l-borża tal-evidenza lil Totaro.

il-bqija tal-boroż kienu mgħoddija lir-registrar tal-Qorti.
Nicole Borg
12:45 Esebiti ma jistgħux jinħarġu mill-kwartieri tal-Europol.
Nicole Borg
12:42 Mercieca: Ma tafx min ħadem fuq il-mobile qablek?

Totaro: Il-kollega tiegħi kellha l-mobile għandha qabli.
Nicole Borg
12:41 L-avukati għamlu sinjal lil Fenech biex jersaq lejhom. Hu qam mill-bank u mexa lejn l-avukati.
Nicole Borg
12:40 Mercieca: Hemm digital certificate/stamp li jisa' jurina kemm kien hemm persuni li ħadmu fuq il-mobile?

Totaro: Mhux konxju ta' dan. Nista' ngħid li l-kollega tiegħi kellha l-mobile qabel din id-data.
Nicole Borg
12:38 Mercieca: Kont qed taħdem mid-dar? Ħdimt fuq il-mobile mid-dar?

Totaro: Ġieli ħdimt mid-dar u ġieli mix-xogħol.

Maġistrat: Fuq il-mobile ħdimt mid-dar jew mix-xogħol?

Totaro: Il-ħidma ħadet bejn jumejn u tliet ijiet u x-xogħol operattiv kollu sar fl-uffiċini tal-Europol.
Nicole Borg
12:37 "Minħabba l-pandemija ma nistgħux niltaqgħu. Iltqajna fl-uffiċini," qal Totaro.
Nicole Borg
12:36 Mercieca talab lil Totaro biex jippreżenta l-email fejn ingħatat di l-istruzzjoni.
Nicole Borg
12:35 "L-unika struzzjoni li rċevejt mill-kap til-uni kienet biex jinfurmani li jien kont inkarigat li nestratta l-informazzjoni," qal Totaro.
Nicole Borg
12:34 Fenech qam minn fuq il-bank u tkellem ma' Camilleri li għandha l-mobiles fil-boroż tal-evidenza. Hu reġa' poġġa f'postu wara.
Nicole Borg
12:34 Kien spjegat li l-mobile inżamm fuq flight mode u iżolat.
Nicole Borg
12:32 "Mhux konxju ta' kreazzjoni ta' ritratti oħra ta' dan il-mobile," qal Totaro.

Mercieca kompla jistaqsi lix-xhud jekk Yulia T. ħaditx xi ritratti tal-mobile.

"Il-mobile kien iċċarġjat u nżamm skont l-SOP," wieġeb Totaro.
Nicole Borg
12:30 Totatro qal li ma jistax jirrapporta dwar x'għamlet il-kollega tiegħu. Sostna li ma jistax iwieġeb għal dak li għamlet Yulia T.

Hu spjega li ladarba l-mobile kien mixgħul meta kien ikkonfiskat, il-basket tal-evidenza ma kienx issiġillat għax skont il-proċeduri standard huma riedu jżommu l-mobile mixgħul u ċċarġjat.
Nicole Borg
12:28 Mercieca: Meta ħdimt fuq il-mobile għall-ewwel, kont taf jekk kienx hemm xi ħadd li kien diġà ħadem fuqu?

Totaro: Yulia kienet fil-pussess tal-mobile. Jien ħadtu minn għandha għax hi kienet assenjata li taħdem fuqu għall-ewwel imbagħad għadda għandi.
Nicole Borg
12:26 Totaro qal li hu ngħata l-mobile minn Yulia T. Hu kien inkarigat b'dan ix-xogħol mill-kap tal-Europol.
Nicole Borg
12:23 Id-deputat registrar jinsab lura fl-awla bl-evidenza.

Il-messaġġier tal-qorti għadda ż-żewġ mobiles u s-SIM cards lil Mercieca li poġġihom fuq il-bank tad-difiża.
Nicole Borg
12:21 Mercieca qed jistaqsi dwar is-software li jintuża mill-Europol b'mod inġenerali.

Is-Supretendent tal-Pulizija Arnaud jintervjeni u jistaqsi li dan mhux il-post ġust fejnwieħed jiżvela l-kapaċitajiet operattivi tal-Europol.
Nicole Borg
12:20 Mercieca: Intom tużaw l-aktar tgħamir avvanzat?

Totaro: Nużaw tagħmir avvanzat għall-fażijiet kollha tal-akkwist u l-estrazzjoni ta' informazzjoni.
Nicole Borg
12:17 "Ma nafx min ikkonfiska l-apparat, naf li kienu kkonfiskati u min wassalhom għandi," wieġeb jgħid Totaro.
Nicole Borg
12:15 Mercieca: X'tista' tgħidilna b'rabta mal-mobile's ta' Fenech?

Totaro: Me kellix aċċess għall-mobiles qabel is-26 ta' Ottubru tal-2020. Iż-żewġ iPhones kienet tneħħitilhom is-SIM card meta waslu għandi.
Nicole Borg
12:13 Mercieca: Min aktar ħadem fuq il-mobiles barra inti?

Totaro: Jien qaluli naħdem fuqhom fis-26 ta' Ottubru tal-2020. Irċevejthom mingħand il-kollega tiegħi Yulia T.
Nicole Borg
12:09 Mercieca staqsa lill-Qorti jekk il-mobiles u s-SIM cards kinux esebiti l-Qorti mix-xhud it-Tnejn li għadda.

Hu se jkompli l-kontro-eżami tiegħu waqt li l-messaġġier tal-qorti jġib l-oġġetti fl-awla.
Nicole Borg
12:05 Mercieca qed jisfida l-katina tas-sistemi ta' kustodja.
Nicole Borg
12:03 Totaro qal li kellhom apparat Malta li kien iħallihom jestrattaw informazzjoni minn xi tgħamir. Iż-żewġ iPhones u s-SIM cards ittieħdu lejn the Hague għax kienu locked u l-informazzjoni setgħet tinħareġ biss minn hemm bl-użu ta' apparat li ma setgħax jinġieb lejn Malta.
Nicole Borg
12:02 Fenech ma kienx preżenti għall-ebda parti ta' dan il-proċess.
Nicole Borg
11:59 Mercieca staqsa jekk il-proċess tal-issiġillar tal-apparat kienx dokumentat. Totaro qal li hu ma poġġiex dawn ir-ritratti f'dan il-proċess. Hu ssiġilla u ffirma l-basket tal-evidenza fil-kamra li pprovdewlhom tas-servizzi tas-sigurtà.

Hu ma jiftakarx jekk il-kollegi tiegħu, Petrou u Torres rawhx jagħmel dan il-proċess. Hu kien dak li rritorna l-oġġetti lejn il-basket tal-evidenza.
Nicole Borg
11:59 Wara l-estrazzjoni, Totaro ma ħax ritratti tal-oġġetti mill-ġdid.
Nicole Borg
11:54 Totaro qal li hemm żewġ fażijiet għall-proċess – l-akkwist tal-informazzjoni u l-estrazzjoni tagħha.
Nicole Borg
11:54 "Acquisition" hija l-ħidma li saret biex tinstab l-informazzjoni kollha fuq l-apparat qabel l-estrazzjoni," spjega Totaro lill-Qorti.
Nicole Borg
11:53 Totaro qal li hu ma ġġenerax dan in-numru.
Nicole Borg
11:52 Mercieca staqsa lil Totaro dwar il-lista ta' esibiti fir-rapport tiegħu.

Totaro qal li l-valur 'N' kienet fuq il-basket bl-evidenza li rċieva.
Nicole Borg
11:49 Totaro talab biex ipoġġi bilqiegħda minħabba uġigħ. Hu ngħata permess jagħmel dan.
Nicole Borg
11:48 Mercieca: Semmejt ukoll li xi informazzjoni ma kinitx estratta. Dan minnu?

Totaro: Dan japplika għax-xogħol forensiku.
Nicole Borg
11:47 Mercieca staqsa dwar il-hash values.

Totaro qal li f'ċerti każijiet, mhux possibbli li jkun hemm hash value. Spjega li l-hash value hija firma relatata mal-informazzjoni li tintuża biex turi li l-informazzjoni ma ntmessitx.
Nicole Borg
11:46 Totaro ma jistax jiftakar meta sar it-test tat-tgħamir u żied jgħid li wisq probabli mhux ħafna qabel ma kienu hawn.
Nicole Borg
11:45 Mercieca staqsa dwar it-tgħamir.

Totaro spjega li s-software u l-hardware ikun ittestjat qabel ma jużawh.
Nicole Borg
11:43 Totaro qal li ma ħadux filmat tal-proċedura l-estrazzjoni tal-informazzjoni.
Nicole Borg
11:41 Mercieca: Min ħa r-ritratti tal-esibiti? Fenech kien preżenti?

Totaro: Ir-ritrtti ħadthom jiena. Fenech ma kienx preżenti.

Mercieca: Min għamel l-analiżi fiżika?

Totaro: jien.

Mercieca: Fejn għamilt dan?

Totaro: Fil-kamra li ngħatat lilna mis-servizzi ta' sigurtà ta' Malta li kellna aċċess għaliha aħna biss.
Nicole Borg
11:39 Mercieca: Min issekwestra l-esibiti?

Totaro: Ma nistax ngħid min għax jien waslu għandi mill-kollega tiegħi Samik.

Mercieca: Jimporta nneħħi l-maskra?

Maġistrat: Jekk il-kollegi tiegħek ma jsibu l-ebda oġġezzjoni, iva.
Nicole Borg
11:38 Mercieca jilbes il-maskra.
Nicole Borg
11:36 "Jien ma rċevejts aktar messaġġi relatati mal-każ," qal Totaro.

Mercieca: Irċevejt?

Totaro: Ma rċevejtx

Zahra: Qallek darbtejn

Mercieca: Jista' jkun għax liebes il-maskra tiegħu stess.

Maġistrat: Apparti mill-fatt li inti suppost liebes il-maskra wkoll (Hi għaddiet dan il-kumment fil-konfront ta' Mercieca).
Nicole Borg
11:34 Totaro qed iwieġeb dwar il-messaġġi SIENA relatati mal-ħatra tiegħu. Mingħajr ir-rapport f'idejna, mhux daqshekk faċli li wieħed jifhem eżatt għal xiex qed jirreferi.
Nicole Borg
11:30 L-avukat staqsa lil Totaro biex jikkjarifika jekk kienx hemm tliet talbiet dwar l-istess suġġett.

Totaro qal li l-ewwel messaġġ SIENA jipprovdi l-isfond. It-tieni messaġġ huwa marbut mat-talba msemmija fir-rapport u messaġġ ieħor huwa relatat ma jekk ir-rapport kienx iffinalizzat.
Nicole Borg
11:27 Ir-rapport isemmi t-talba. Totaro qal li t-talba ġiet mill-Unit tal-pulizija Maltija fil-Eurpol.
Nicole Borg
11:27 Il-messaġġ kellu informazzjoni li kien hemm referenza għaliha fl-ewwel messaġġ.
Nicole Borg
11:26 Mercieca staqsa dwar it-tieni messaġġ SIENA. Ix-xhud ma jiftakarx meta wasal dan il-messaġġ.
Nicole Borg
11:24 Il-messaġġ intbagħat fil-21 ta' Novembru tal-2019.

Mercieca staqsa min għandu aċċess għall-messaġġ.

"Jien għandi aċċess. Ma nafx min aktar għandu aċċess għal dan il-messaġġ."

"Tkun tista' tippreżentah fi smigħ ieħor?"

"Irrid nikkonferma mal-Europol," wieġeb jgħid Totaro.
Nicole Borg
11:23 Totaro qal li l-AP Weapons and Explosives u d-Digital Forensics irċevew il-messaġġ ta' SIENA.

"Inti rajtu?" staqsa Mercieca.

"Jien rajtu. Hu relatat mal-isplużjoni," qal Totaro.
Nicole Borg
11:21 Mercieca: Jekk nissuġġerilek li l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi għandhom aċċess għas-sistema SIENA, inkun qed ngħid sew?

Totaro: L-aċċess huwa bbażat skont l-irwoll. Jien ma jistax ikolli aċċess għas-sistema kollha.

Mercieca: Mill-website tal-Europol – "The Secure Information Exchange Network Application (SIENA) is a state-of-the-art platform that meets the communication needs of EU law enforcement" taqbel ma' dan?

Totaro: Iva.
Nicole Borg
11:20 Totaro spjega li hu għandu aċċess għas-sistema SIENA skont l-irwol tiegħu fil-Europol.
Nicole Borg
11:19 Mercieca staqsa lil Totaro biex jispjega x'inhu messaġġ SIENA.

Totaro qal li s-Secure Information Exchange Network Application (SIENA) hija pjattaforma state-of-the art li tissodisfa l-bżonnijiet tal-komunikazzjoni tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni Ewropea.

Il-pjattaforma tippermetti t-tqassim ta' informazzjoni operattiva u strateġika relatata mal-kriminalitajiet bejn:
– il-Europol's liaison officers, analisti u esperti
– Stati Membri
– Terzi parti li l-Europol għandha ftehim ta' kooperazzjoni magħhom.
Nicole Borg
11:18 Mercieca: Fejn żammej l-informazzjon?

Totaro: Wara l-akkwist u l-estrazzjoni tal-informazzjoni, din tpoġġiet fil-hard drives li kelli miegħi.
Nicole Borg
11:18 "Iltqajna mal-maġistrat darba biss meta wassalna l-esibiti," qal Totaro.
Nicole Borg
11:17 Totaro qal li Petrou, Torres u hu marru l-Qorti flimkien biex iwasslu l-esibiti Żied jgħid li hu ma kienx infurmat personalment minn Sammi.
Nicole Borg
11:16 Mercieca: Tiftakar l-isem tal-Maġistrat?

Totaro: Le

Mercieca: Raġel jew mara?

Totaro: Raġel
Nicole Borg
11:14 Mercieca: Meta kont Malta kellek kuntatt mal-Maġistrat inkwerenti li nnominak?

Totaro: L-ewwel kuntatt kien meta wassalna l-esibiti fit-22 ta' Novembru tal-2019.

Maġistrat: Kollha kemm huma?

Totaro: Kollha ħlief għall-esibiti li esebixxejt quddiem din il-Qorti.
Nicole Borg
11:13 Mercieca: Inti ffinalizzajt ir-rapport wara li saru l-estradizzjonijietsewwa?

Totaro: Iva.

Mercieca: Meta saret l-aħħar estrazzjoni?

Totaro: L-aħħar waħda saret fis-26 ta' Novembru tal-2020 biex ir-rapport ikun iffinalizzat. Ir-rapport għalhekk, kien iffinalizzat fis-27 ta' Novembru.
Nicole Borg
11:13 "Ejja nitkellmu dwar l-estrazzjonijiet fir-rapport tiegħek," qal Mercieca.
Nicole Borg
11:11 Totaro qal li hu tkellem ma' Sami, li min-naħa tiegħu tkellem mal-Pulizija.

Qal li f'Malta ħadem ma' Petrou u Torres.

"Marco Torre kien parti minn dan it-tim?" staqsa Mercieca.

"Le," qal Totaro.

Torre huwa eks impjegat tal-Europol. Totaro qal li dan ma kienx involut fil-każ.
Nicole Borg
11:10 L-uffiċċju jinsab f'the Hague, qal Mercieca. "Ma' min tkellimt minn Malta?"
Nicole Borg
11:08 "Kont nominat biex neżamina l-esibiti fil-każ numru 1292035461," qal Totaro.

Il-każ huwa relatat mal-isplużjoi msemmija fir-rapport, kompla jgħid hu.
Nicole Borg
11:06 Mercieca dar għat-tielet paġna u staqsa: Fit-tielet paragrafu hemm indikat li kont nominat mill-Maġistrat inkwerenti. Min kien?

Totaro wieġeb jgħid li ma jiftakarx l-isem u li rrappurtaw biex in-nomina. Qal li hu ntalab jiġi Malta.
Nicole Borg
11:05 Mercieca rrefera lil Totaro għal data fuq l-ewwel paġna tar-rapport tiegħu.

"Meta spiċċajt ngħaqqad ir-rapport. Meta ffinalizzajt ir-rapport," qal Totaro.
Nicole Borg
11:04 Hu ilu jaħdem mal-Europol mill-2018. Kien assenjat dan il-każ f'Novembru tal-2019. Kienu Malta bejn l-20 u t-23 ta' Novembru.
Nicole Borg
11:03 Hu mbagħad ħadem ma'Nasa fl-Istati Uniti u wara mexa mal-Europol.

Totaro qed iwieġeb il-mistoqsijiet ta' Mercieca.
Nicole Borg
11:02 Totaro huwa ggradwat fix-xjenza tal-kompjuters. Għandu PhD fix-xjenza tal-kompjuters u diversi masters fil-forensika diġitali fost kwalifika oħra.

Hu kien iċ-Chief Technology Officer tal-Korp tal-Pulizija Taljan għal sentejn u nofs.
Nicole Borg
11:01 Id-difiża se tibda bil-kontro-eżami ta' Totaro.
Nicole Borg
10:59 L-atti għandhom jintbagħtu lill-Avukat Ġenerali llum, qalet hi.

"Ħadd u xejn ma jista' jibdewl il-proċeduri quddiem din il-Qorti. Jekk hemm bżonn, nistennew sa Frar," żiedet tgħid il-Maġistrat.
Nicole Borg
10:58 Il-Qorti tinsisti li l-kopji tal-hard drives iridu jingħataw fil-Qorti miftuħa u mhux jinġabru mill-uffiċju tal-maġistrat skont kif issuġġerixxa l-avukat Jason Azzopardi.
Nicole Borg
10:58 Jidher li kien hemm xi informazzjoni skorretta dwar il-kopji u min għandu jingħata kopja meta.
Nicole Borg
10:57 "Irridu opportunità oħra biex nagħmlu l-kontro-eżami tal-esperti għax huwa umanament impossibbli," qal Dr Mercieca.
Nicole Borg
10:54 Dr Mercieca qal li d-difiża ma kelliex l-opportunità li tara l-kontenut tal-hard drives s'issa.

Montebello qalet li l-kopji jridu jingħataw, u żiedet tgħid li biex wieħed jagħmel kopja tagħhom hemm bżonn nofs ta' nhar.
Nicole Borg
10:53 Il-Maġistrat Montebello tidħol fl-awla.
Nicole Borg
10:43 Sakemm qed nistennew, Dr Camilleri tinsab mal-bank tad-difiża, Dr Mercieca qed jitkellem ma' gwardjan, u Fenech qed jitkellem ma' Caruana Curran. Is-Supretendent tal-Pulizija Arnaud u l-ispettur Zahra qed jitkellmu wkoll. Dr Galea Farrugia jinsab bilqiegħda fuq il-bank tal-prosekuzzjoni.
Nicole Borg
10:38 Fenech mexa għal fuq il-bank tiegħu. Dr Camilleri tidħol fl-awla.
Nicole Borg
10:35 Uffiċjal tal-Qorti wassal bagalja kbira fl-awla 9.
Nicole Borg
10:34 Qed nistennew biex ir-reġistri tal-każ jaslu fl-awla.
Nicole Borg
10:34 Dr Therese Comodini Cachia tidħol fl-awla.
Nicole Borg
10:29 Hu poġġa fuq il-bank tad-difiża u tkellem ma' Caruana Curran.

L-avukat Mercieca jidħol fl-awla u jingħaqad magħhom.
Nicole Borg
10:28 Is-suspettat Yorgen Fenech kien eskortat fl-awla.
Nicole Borg
10:11 Id-Deputat Avukat Ġenerali Phillip Galea Farrugia jidħol fl-awla,
Nicole Borg
10:01 Il-Maġistrat Rachel Montebello qed tippresedi l-każ.
Nicole Borg
10:00 Preżenti fl-awla hawn is-Supretendent tal-Pulizija Keith Arnaud, l-avukat tal-Parte Civile Dr Jason Azzopardi, u l-avukati tad-difiża Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca,
Nicole Borg
09:59 Ninsabu live minn awla 9.
Nicole Borg
09:59 Il-ġurnata t-tajba u merħba għal dan il-blogg.
Nicole Borg

X’kienu l-punti ewlenin tal-aħħar smigħ?

  • Tliet esperti tal-Europol jippreżentaw ir-rapporti individwali dwar it-tagħmir li analizzaw individwalment.
  • L-oġġetti li kkonfiskaw tpoġġew ġo kamra fl-uffiċini tas-Servizzi Sigrieti Maltin. Ċwievet għal din il-kamra kellhom huma biss.
  • It-tagħmir elettroniku ġie kkonfiskat minn postijiet differenti: Minn fuq il-jott Gio, mill-uffiċċju taċ-chairman ta’ Tumas Group, mill-uffiċċju tas-segretarja, mir-residenza ta’ Yorgen Fenech f’Portomaso.
  • Fost l-oġġetti kien hemm wifi camera moħbija f’air freshener. Ma kellhiex memory card.
  • Il-Qorti ġiet preżentata b’żewġ hard drives identiċi li fihom kien hemm id-data kollha elevata. Lejn tmiem is-seduta ġiet ippreżentata t-tielet kopja fuq insistenza tad-Difiża.
  • B’kollox elevaw 4 Terabytes ta’ data mit-tagħmir elettroniku ta’ Yorgen Fenech.
  • Damu Malta sa tlett ijiem. Ħadu magħhom id-data biex tiġi analizzata.

Is-Supretendent tal-Pulizija Keith Arnaud u l-Ispettur Kurt Zahra qed imexxu l-prosekuzzjoni.

Id-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia qed jidher f’isem l-Uffiċċju tal-AĠ.

L-avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qed jidhru f’isem il-familja Caruana Galizia.

L-avukati Marion Camilleri, Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca qed jidhru għall-akkużat.

Il-Maġistrat Rachel Montebello qed tippresedi l-każ.