L-esperjenza ta’ Candreva ma’ Inter waslet fi tmiemha?

Rapporti fil-midja Taljana qalu li Antonio Candreva jista’ jkun li jingħaqad ma’ Monaco bħala parti mit-trasferiment ta’ Keita Balde mill-klabb Franċiż għal ma’ Inter Milan. Sky Italia sostniet li l-midfielder offensiv Taljan mhuwiex lest li jsir plejer ta’ Monaco u jixtieq jibqa’ ma’ Inter sabiex jiġġieled għal postu.

Candreva lagħab b’mod regolari ma’ Inter matul is-sena li għaddiet iżda l-eks plejer ta’ Lazio naqas milli jiskurja gowl. Hu ngħaqad ma’ Inter fl-2016 mingħand Lazio wara li qatta’ żmien ma’ Udinese, Livorno, Juventus, Cesena u Parma.