L-ERRC tiġbor €6,000 għal dgħajsa tas-salvataġġ

L-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC) irnexxielha tiġbor somma t’aktar minn €6,000 matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Il-flus ta’ din il-ġabra se jintużaw sabiex tinxtara dgħajsa ġdida tas-salvataġġ għal din l-għaqda volontarja.
Fi stqarrija, l-ERRC irringrazzjat lid-donaturi kollha kif ukoll lill-kumpanija Gozo Channel talli tagħthom il-permess biex jiġbru l-fondi abbord il-vapuri tagħha. 
Ritratt: ERRC