L-eroj tal-Game of Thrones għall-kura kontra l-alkoħol

Kit Harington, jew aħjar jon Snow ta' Game of Thrones

Sar magħruf li l-attur Kit Harington li rajnih jinterpreta lil Jon Snow fis-serje popolari Game of Thrones, iddaħħal għall-kura kontra l-alkaħol.

Qed jingħad li l-attur ta’ 32 sena daħal minn jeddu għall-kura fil-Prive-Swiss wellness retreat f’Connecticut ix-xahar li għadda, proprju qabel mas-sensiela Game of Thrones waslet fit-tmiem tagħha fid-19 ta’ Mejju, b’rekord ta’ 19.3 miljun telespettatur.

Rappreżentant tal-attur Ingliż ħareġ stqarrija fejn qal li Kit Harington qed jagħmel waqfien mix-xogħol biex iqatta’ xi żmien f’dan il-post biex ikun jista’ jindirizza xi problemi personali.

Hu mifhum li lejn tmiem is-sensiela l-attur kien jinsab taħt stress kbir u kien qed jabbuża mill-alkoħol.

L-attur, li fl-2018 kien iżżewweġ lill-attriċi Rose Leslie li f’Game of Thrones rajniha bħala Ygritte, kien diġa’ stqarr mar-rivista Variety li s-suċċess u l-attenzjoni li kiseb mis-sensiela kienet stressanti mmens.