Itemmu programm ta’ apprendistat ta’ ġimgħa f’Ruma

Read in English.

Għall-proġett Tourism_Dig_Skills_in_Malt, li hu proġett Erasmus Plus KA1 għall-Istaff VET tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, ħadu sehem 51 ruħ f’pożizzjonijiet importanti fis-settur turistiku u fil-Quality Assured. Il-proġett kien organizzat mill-MTA u ffinanzjat kollu mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Erasmus Plus Funding 2014-2020 li jagħlaq f’Mejju 2020.

Il-parteċipanti kollha temmew programm ta’ apprendistat ta’ ġimgħa f’Ruma, fl-Italja, ospitat minn Sweb Srl, kumpanija privata li għandha għarfien espert fuq il-Ħiliet Diġitali u primarjament fuq il-Web Marketing, SEO u strateġiji SEM u Social Media Marketing. It-traineeships saru f’Jannar u fi Frar 2019 u f’Jannar u fi Frar 2020.

Tliet taqsimiet prinċipali kienu mistħarrġa mill-parteċipanti dwar il-mod tat-tagħlim fix-xogħol bil-ħiliet diġitali:

Teknika u strateġiji meta tagħmel marketing bl-emails. Bis-saħħa ta’ din it-taqsima l-parteċipanti tgħallmu kif jiksbu l-aħjar riżultati b’kampanji ta’ marketing permezz tal-emails biex jattiraw aktar klijenti u jippromwovu n-negozji tagħhom b’din l-għodda effettiva u professjonali.

Promozzjoni u pubblikazzjoni permezz ta’ vidjows. Hawnhekk il-parteċipanti tgħallmu dwar l-aħjar użu biex permezz ta’ vidjo jippromwovu n-negozji tagħhom.

Waqt it-taqsima dwar il-moda ġodda fil-marketing diġitali u l-promozzjoni tan-negozju permezz tal-midja soċjali l-parteċipanti iffukkaw fuq l-istrateġiji promozzjonali permezz tal-marketing fil-midja soċjali.

L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu qed tippromwovi attivament proġetti Ewropej billi dawn jipprovdu opportunità tajba biex ikunu skambjati l-aħjar prattiċi u tagħrif ma’ pajjiżi oħra u entitajiet madwar l-Ewropa.

Johann Buttigieg, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, enfasizza din importanza tal-proġetti ffinanzjati mill-UE b’mod ġenerali u b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu mat-taħriġ.

“It-turiżmu huwa industrija tan-nies, fejn is-suċċess jiddependi fuq il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom fil-forza tax-xogħol F’dan ir-rigward, l-MTA temmen li t-taħriġ tal-impjegati f’kull livell hu ta’ importanza kbira u huwa komponent ewlieni tal-istrateġija ġenerali tagħna. ”

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Sweb Srl, Simona Leone, faħħret il-proġett billi qalet:

“Il-parteċipanti minn Malta ġab influss ġdid ta’ ideat, interessi u modi kif timmaniġġja l-kummerċ onlajn u l-promozzjoni tan-negozji tagħhom, u wrew id-dedikazzjoni u l-passjoni għax-xogħol tagħhom u ħeġġa li jippromwovi pajjiżhom waqt li jipprovdu l-aqwa servizzi lill-klijenti tagħhom, mistednin u turisti li jżuru Malta. ”

Għal aktar informazzjoni u biex tipparteċipa fi programmi futuri  żur is-sit permezz ta’ dan il-link.