L-ERA toġġezzjona għalxejn dwar pompa tal-petrol għal fuq ODZ f’Wied il-Għajn

L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) approvat il-permessi sabix tinbena pompa tal-petrol f’Wied il-Għajn, minkejja l-oġġezzjoni tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) minħabba li l-art li fuqha se tinbena l-pompa tinsab sippost ma jiġi żviluppat xejn fuqha (ODZ).
Il-permess ingħata lbieraħ, skont is-sit tal-PA, u apparti l-pompa jinkludi wkoll uffiċċju, ħanut, żewġ garaxxijiet u faċiltajiet għall-VRT u servizzi oħra għall-karozzi.
Is-sit b’kollox se jkun fih 1,500 metru kwadru, u jinsab fi Triq Sant’Antnin faċċata tal-Park tal-Familja.
L-approvazzjoni ta’ dal-proġett kienet tfisser ukoll li pompa tal-petrol fil-Furjana tingħalaq.
Min-bnaħa tal-ERA, iċ-Ċermen Victor Axiaq u r-rappreżentant għall-NGOs Annick Bonello biss ivvutaw kontra.
L-ERA argumentat li dax-xogħol se jħalli impatt ambjentali negattiv, kemm dak viżiv kif ukoll tniggis, anki wara li jkunu ttieħdu l-miżuri kollha biex inaqqsu mill-impatt.
Min-naħa tiegħu d-Direttorat tal-Ippjanar wieġeb li se jnaqqas l-impatt viżiv billi l-binja stess ikollha lwien tan-natura.
Sadanittant, l-NGOs Din l-Art Ħelwa u Front Ħarsien ODZ kkummentaw fuq Facebook li jopponu did-deċiżjoni.