L-ERA tapprova 10 permessi ambjentali

Google Maps

Il-Bord tal-Aġenzija għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) approva 10 applikazzjonijiet għal permessi ambjentali. Kollha ġew aċċettati.

Fi stqarrija l-ERA qalet li seba’ mill-applikazzjonijiet kienu dwar tiġdid.

Kien hemm applikazzjoni għal boatyard u berthing facility fil-Kalkara. Jinkludi obbligi dwar il-manutenzjoni tad-dgħajjes.

Applikazzjoni oħra kienet dwar faċilità tal-immaniġġjar tal-iskart fiż-żona industriajli f’Tal-Barrani f’Ħal Għaxaq. Il-faċilità se tkun qed titratta ż-żjut.

Permess ieħor li ntlaqa’ huwa dwar faċilità tal-immaniġġjar tal-iskart f’Attrans Depot f’Ħaż-Żebbuġ. Dan l-impjant se jipproċessa ħwejjeġ qodma.

Kien hemm ukoll tiġdid ta’ permess għall-istallazzjoni ta’ impjant li jipproduċi parts elettroniċi u dawk mekkaniċi. Dan se jkun fiż-żona industrijali tal-Imrieħel.

Kien hemm żewġ applikazzjonijiet dwar interventi f’żona ta’ Natura 2000 u speċi protetta.

Intlaqgħet applikazzjoni ġdida dwar impjanti tal-manifattura fiż-żoni industrijali ta’ Kordin u ta’ Bulebel.

Kien hemm ukoll applikazzjoni għal batching plant fl-Ibraġġ.

L-ERA qalet li kien hemm ukoll applikazzjoni dwar ship repair yard fl-Isla.