L-ERA tappella l-permess għal villa fil-Qala

Read in English.

Il-Ministru għall-Ambjent José Herrera qal li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għadha kif appellat id-deċiżjoni li ttieħdet fir-rigward tal-permess għal villa fil-Qala.

Ix-xahar li għadda, l-iżviluppatur Għawdxi Joseph Portelli rrinunzja l-permess mogħti mill-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini ta’ villa f’nofs l-għelieqi fuq art ‘il barra miż-żona tal-iżvilupp. Stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Ambjent tgħid li l-appell kellu jsir sabiex jitneħħa l-preċedent li ġie kkreat meta ngħata tali permess.

Il-Ministru Herrera sostna li hemm bżonn li titkompla l-ħidma fir-rigward ta’ riforma bżonjuża radikali tal-policy tal-ODZ, “sabiex jitneħħew anomaliji li huma eżistenti f’din il-policy u b’hekk iwassal biex jiġi ssalvagwardjat aktar l-ODZ.”