L-EpiPen tista’ tinxtara minn Mater Dei

Minn għada l-mediċina EpiPen se tkun tista’ tinxtara mill-isperżeriji ta’ Mater Dei u mill-Isptar Ġenerali t’Għewdex. Din il-mediċina tintuża f’każijiet ta’ allerġiji serji.

Matul l-aħħar jiem din il-mediċina kienet out of stock fis-suq privat. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-gvern importa stokk ta’ emerġenza sabiex tkun tista’ tinxtara minn dawk li jkollhom bżonn din il-mediċina.

Il-ħinijiet tal-ispiżeriji kemm ta’ Mater Dei kif ukoll tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex huwa mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u s-2pm u s-Sibt mit-8am sal-12pm.