L-Enemalta tissospendi ħaddiem ieħor b’rabta mas-serq tal-elettriku

L-Enemalta ssospendiet impjegat ieħor li jinsab investigat mill-Pulizija b’rabta mal-allegat każ ta’ serq tal-elettriku.
Fil-ġimgħat li għaddew disa’ impjegati oħra ġew sospiżi b’rabta mal-istess każ.
Il-klijenti tal-Enemalta li għandhom xi irregolaritajiet fl-ismart meters għandhom sat-Tnejn 7 ta’ April biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom u biex jikkollaboraw mal-Pulizija.
Fi stqarrija, l-Enemalta sostniet li din l-għajnuna qed twassal biex isiru magħrufin aktar dettalji dwar dawn l-irregolaritajiet.
L-Enemalta tirringrazzja wkoll lill-impjegati li qed jaħdmu fl-istħarriġ li għaddej bħalissa biex dan l-abbuż jieqaf.