“L-EneMalta se tirreġistra profit fi żmien tliet snin” – Ministru Konrad Mizzi

Il-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi żvela li l-korporazzjoni EneMalta se tirreġistra profit fi żmien tliet snin. F’kummenti mal-ġurnal ‘MaltaToday’, il-Ministru Mizzi sostna li bl-investiment multi miljunarju tal-kumpanija Ċiniża, l-EneMalta mistennija tirreġistra profit.

Il-kumpanija Ċiniża se tkun qed takkwista 20% tal-korporazzjoni EneMalta li għandha dejn ta’ €800 miljun. Fost l-ideat li qed jiġu investigati hemm li l-enerġija ġġenerata mill-EneMalta tinbiegħ fis-suq Ewropew filwaqt li kumpanija se timmanifattura panelli fotovoltajċi biex ukoll jinbiegħu fl-Ewropa.