L-Enemalta ssejjaħ konferenza dwar għaliex inqata’ d-dawl

Dalgħodu l-Enemalta stiednet lill-mezzi tax-xandir biex tispjega s-sitwazzjoni dwar il-qtugħ tal-provvista tal-elettriku.
Il-konferenza mistennija tibda fl-10.30 ta' dalgħodu.  Newsbook.com.mt se jkun qed iżommkom aġġornati b'dak li se jintqal fil-konferenza.
Kelliem għall-Korporazzjoni qal li wara aktar minn 12-il siegħa, diversi lokalitajiet bħal Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi u partijiet minn Ħal Qormi għadhom bla elettriku.
Skont stqarrija li l-Enemalta ħarġet matul il-lejl, id-dawl telaq minħabba ħsara f'wieħed mill-units li jiġġenera l-elettriku fil-power station ta' Delimara u splużjoni f'parti miċ-ċentru tad-distribuzzjoni tal-elettriku fil-Marsa.