L-Enemalta ma teskludix li jinqata’ d-dawl f’xi nħawi minħabba tiswijiet

Read in English.

L-Enemalta qalet li l-kaġun tal-qtugħ fil-provvista tal-elettriku li kien hawn riċentament huwa għadd ta’ high-tension cables li huma parti mid-distribuzzjoni tad-dawl tagħha, imma kkjarifikat li dan in-network ta’ cables huwa biżżejjed għad-domanda tal-pajjiż.

Fi stqarrija, il-kumpanija semmiet kif il-Ġimgħa u s-Sibt inqata’ d-dawl f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Qalet li minkejja li issa l-provvista reġgħet lura għan-normal, it-tekniċi tagħha qegħdin jaħdmu lejl u nhar biex jaraw li jissewwew il-ħsarat li kien hemm.

Minkejja dan, ma teskludix li jaf jinqata’ d-dawl f’lokalitajiet oħra minħabba x-xogħlijiet għaddejjin.

Il-korporazzjoni skużat ruħha għal xi inkonvenjenza li dan jista’ jikkawża.