​L-Enemalta tinvesti €75 miljun f’data centre fil-Marsa

L-Enemalta u Streamcast Technologies iffirmaw ftehim għal investiment ta’ €75 miljun fil-qasam tal-global data centres u li juża t-teknoloġija tal-fibre optic.
Dan tħabbar miċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta Frederick Azzopardi flimkien maċ-Chairman ta’ Streamcast Technologies Nimish Pandya.
Qalu li dan il-ftehim se jibda bl-iżvilupp ta’ data hub sikur f’waħda mill-installazzjonijiet taħt l-art tal-Enemalta fil-Marsa.
Ġie spjegat li l-istess investiment se jgħin lil Enemalta tħaddem aħjar ir-riżorsi tagħha lil hinn mis-servizzi tal-elettriku.
Iċ-Chairman tal-Enemalta qal li wara l-proġett pilota, hemm il-ħsieb li jiġu żviluppati data hubs oħra fl-istess sit. 
Il-kumpanija Streamcast hija fost il-kumpaniji internazzjoni ewlenin li taħdem bħala private IP cloud operator u toffri s-servizzi tagħha lil 33 miljun persuna fl-Indja, fix-Xlokk tal-Asja, fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq.