Kun hemm għal ħaddieħor. Agħti d-Demm. Kattar il-Ħajja.
Din hija t-tema marbuta mal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm, għada l-Ħamis, magħżula mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.
Il-messaġġ tal-kampanja ta’ din is-sena hu li għotja demm hija att ta’ solidarjetà u mezz ta’ kif wieħed jesprimi l-valuri fundamentali umani tal-altruwiżmu.
Fost dawn il-vauri hemm ir-rispett, l-empatija u l-ħniena li jwasslu biex id-donazzjonijiet tad-demm ikomplu jsiru fuq bażi volontarja u mingħajr ma wieħed jistenna ħlas.
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jappella lil dawk li huma f’saħħithom, partikolarment liż-żgħażagħ, biex meta jistgħu, jersqu biex jagħtu d-demm:
- Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa jiftaħ kuljum mit-8amsas-6pm.
- Fil-Mobile Blood Donation Unitli nhar il-Ħadd li ġej se tkun qrib il-Knisja Parrokjali ta’ Ħ’Attard, bejn it-8.30am u s-1pm.
- Il-Berġa tax-Xewkija, nhar it-Tlieta li ġej bejn is-1pm u l-5pm.