L-Emirates tespandi n-netwerk tagħha għal 29 destinazzjoni

Wara li kienu taw bidu għal sħubija bejniethom, Emirates u Flydubai issa jħabbru li l-Emirates se tespandi n-netwerk tagħha għal 29 destinazzjoni fi tliet kontinenti li ttir lejhom Flydubai. 
In-netwerk kiber permezz tal-codeharing li b’hekk se jkun qiegħed joffri frekwenza ikbar u aċċess aktar faċli għal destinazzjonijiet globali, bil-vantaġġ li jwassal il-bagalji dritt lejn id-destinazzjoni finali. Il-passiġġieri jistgħu jibbukkjaw mil-lum fuq Emirates.com, permezz taċ-Ċentri ta' Kuntatt tal-Emirates, jew tan-netwerk tal-aġenti tal-ivvjaġġar, bl-ivvjaġġar jibda mid-29 ta' Ottubru 2017 ‘il quddiem.
L-E.T. Xejk Ahmed bin Saeed Al Maktoum, President u Kap Eżekuttiv tal-Emirates Group u President ta’ Flydubai, qal, “Dan hu pass interessanti ħafna biex jinħolqu benefiċċji għal passiġġieri li se jkollhom l-opportunità li jgawdu l-vantaġġi uniċi li kull linja tal-ajru toffri, kif ukoll għażla u flessibilità akbar meta jgħaddu minn Dubaj. Dan hu biss il-bidu u, hekk kif nwessgħu n-netwerk tal-imsieħba fix-xhur li ġejjin, se niftħu iktar opportunitajiet għall-passiġġieri”. 
Matul il-vjaġġ kollu, Emirates u Flydubai se joffru lill-passiġġieri ikliet kumplimentari, kif ukoll l-allowance tal-bagalji kemm fil-Klassi tan-Negozju u dik tal-Ekonomija.
Taħt is-sħubija l-ġdida, il-passiġġieri ser jibbenefikaw minn ħin minimu ta' 120 minuta għall-konnessjonijiet (MCT) bejn Terminal 3 tal-Emirates u Terminal 2 ta’ Flydubai.
Il-membri ta' Emirates Skywards ser jirċievu wkoll Skywards Miles u Skywards Tier Miles fuq titjiriet ta' codeshare skont il-programm eżistenti tal-kilometraġġ Skywards. Fuq titjiriet codehared, il-membri ta' Premium Skywards igawdu minn allowances fuq il-bagalji tagħhom ta' 20kg żejda (membri Platinum), 16kg (membri Gold) u 12kg (membri Silver).