L-Emirates se ssiefrek bl-irħis, imma ħaffef

Jekk tħobb issiefer, speċjalment fin-naħat tal-Lvant Nofsani, il-Lvant Imbiegħed, il-Lbiċ tal-Ażja, l-Afrika jew l-Awstralja, l-Emirates qed toffrilek iċ-ċans li takkwista titjira bi prezz imraħħas jekk tibbukkja sal-aħħar tax-xahar.
Il-kumpanija multi-nazzjonali ħabbret skontijiet fil-prezz tat-titjira fil-klassi tal-ekonomija lejn 328 pajjiż fl-inħawi msemmija, fosthom Dubaj, l-Indja, il-Malażja, il-Korea t’Isfel, l-Afrika t’Isfel, is-Singapor, it-Tajlandja, il-Ġappun u l-Awsralja, fost oħrajn.
Biex wieħed jibbenefika minn dawn l-offerti, id-data tat-tluq ma tridx tkun wara t-28 ta’ Frar tas-sena d-dieħla, filwaqt li jekk tkun se ttir is-Sibt jew il-Ħadd, tapplikalek €20 tariffa.
Għal aktar informazzjoni u prezzijiet, żur is-sit tal-Emirates minn hawnhekk.