L-Emirates b’offerti speċjali għal min isiefer minn Malta fil-Klassi Ekonomika

Il-linja tal-ajru Emirates qed toffri lil min isiefer minn Malta l-opportunità li jippjana u jibbukkja l-vjaġġ li jmiss fil-Klassi Ekonomika għal diversi destinazzjonijiet madwar id-dinja bi prezzijiet imraħħsa li jibdew minn €650 biss.

Id-destinazzjonijiet jinkludu għadd ta’ bliet fl-Asja u fl-Afrika, bħal Mauritius, Singapore, il-Maldivi, Capetown u Beijing, fost l-oħrajn.

L-offerti tat-titjiriet fil-Klassi Ekonomika huma: Il-Maldivi €785, Capetown €805, Hong Kong €727, Mauritius €889, Kuala Lumpur €728, Singapore €696, Hanoi €804, Ho Chi Minh €799, Johannesburg €700, Bali €739 u Beijing €650. Dawn ir-rati jinkludu t-taxxi.

L-offerti tal-Klassi Ekonomika huma validi għal titjiriet li jitilqu minn Malta, fid-destinazzjonijiet indikati, bejn l-1 ta’ Novembru 2019 u t-30 ta’ Ġunju 2020.

Is-safar irid jiġi bbukkjat sat-30 ta’ Ottubru 2019. Japplikaw xi termini u kundizzjonijiet.

Biex tikseb tagħrif ieħor fuq l-Emirates, tibbukkja t-titjira tiegħek u tara l-lista sħiħa tat-termini u l-kundizzjonijiet, idħol fis-sit tal-Emirates, mur għand l-aġent tal-ivvjaġġar tiegħek, jew żur l-Uffiċċju tal-Bejgħ tal-Emirates fl-Ajruport.

Dan il-kontenu huwa mwassal mill-Emirates