“L-embrijun m’għandux dritt għall-ħajja”; Ministri siekta

Ministri u esponenti Laburisti ma weġbux il-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt dwar dak li qal Dr Silvan Agius, uffiċjal ewlieni tal-Gvern, li fuq it-Times of Malta stqarr li skont il-liġi internazzjonali l-embrijun m’għandux dritt għall-ħajja.
Newsbook.com.mt kiteb lill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, lill-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dallia u lid-Deputat Laburista Robert Abela. Bgħatna wkoll mistoqsijiet lill-Avukat Ġenerali.
L-istess uffiċjal tal-Gvern kiteb li l-liġi preżenti tmur kontra l-kostituzzjoni.  Żied jgħid li l-emendi li qed iressaq il-Gvern mhumiex skont l-aħjar standards internazzjonali u allura seta’ ta x'wieħed jifhem li diġà hemm il-ħsieb li tinbidel. Newsbook.com.mt staqsa wkoll dwar dan. Il-mistoqsijiet li baqgħu mhux imwieġba wara iktar minn ġimagħtejn:
Dr Silvan Agius f’artiklu fil-gazzetta Times of Malta bħala Director, Human Rights and Integration Directorate kiteb hekk:
The current Embryo Protection Act is both unconstitutional and ineffective. The proposed amendments fall short of international best practices, and already point towards a compromise between the more conservative and progressive forces of society.
1) Dak li kiteb taħt it-titlu tiegħu uffiċjali huwa policy tal-Gvern?
2) Jekk hu korrett dak li kiteb dan l-uffiċjal pubblikuli l-embrijun mgħandux dritt għall-ħajja taħt xi konvenzjonijiet internazzjonaliinkunu korretti ngħidu li għandu dritt għall-ħajja taħt il-liġi Maltija?
3) Inti taqbel jew le li l-embrijun għandu dritt għall-ħajja?
4) Inti taqbel li l-Embryo Protection Act huwa anti-kostituzzjonali?
5) Inti taqbel li l-emendi li qed jipproponi l-Gvern “fall short of international best practices”?
6) Jekk dak li kiteb Dr Agius mhux policy tal-Gvern, taqbel li uffiċjal pubbliku jesprimi ruħu bħala uffiċjal pubbliku b’mod li jmur kontra l-policy tal-Gvern?
L-unika tweġiba li rċevejna kienet mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li minflok wieġeb għall-mistoqsijiet tagħna bagħtilna dan il-kumment:
L-emendi għall-Att għall-Protezzjoni tal-Embrijun mressqa joħolqu bilanċ bejn opportunità akbar għal dawk li s’issa mhux jirnexxilhom ikollhom tfal bil-liġi eżistenti u rispett sħiħ lejn l-embrijun. Fil-fatt bl-emendi proposti l-embrijuni se jkunu mħarsa aktar u mhux inqas, hekk kif se jkun hemm aktar ċansijiet li jiżviluppaw f’tarbija.
L-Embryo Ptotection Act kif inhu llum jiddiskrimina kontra persuni LGBTIQ u persuni single. Gvern Laburista jemmen li kull min għandu bżonn trattament għall-infertilità għandu jingħatalu, bħalma tingħata kwalunkwe kura oħra fl-isptarijiet tagħna, indipendentement mill-orjentazzjoni sesswali tiegħu/tagħha.