L-imejls tal-Gmail jinqraw minn persuni oħra

Il-Google kkonfermat li emails privati mibgħuta u imejls li jirċievu dawk li jużaw Gmail jistgħu kultant jinqraw minn terzi persuni li jkunu żviluppaturi ta’ apps, u mhux biss mill-magni.

Persuni li jkunu għaqqdu apps ta’ terzi persuni mal-kontijiet tagħhom ikunu taw, mingħajr ma jkunu konxji, permess biex l-emails tagħhom jinqraw minn persuni oħra.

Kumpanija minnhom qalet lil Wall Street Journal li l-prattika kienet komuni u hija sigriet maħmuġ. Il-Google indikat li l-prattika mhix kontra l-politiki tagħha. Espert tas-sigurtà qal li kien sorpriż li l-Google ppermettiet dan.

Il-Gmail jintuża minn 1.4 biljun utent madwar id-dinja u huwa l-aktar servizz popolari tal-internet.