L-ELSA tospita laqgħa internazzjonali f’Malta fl-2016

'Il fuq minn 400 delegat minn aktar minn 40 pajjiż Ewropew se jkunu qed jattendu l-Laqgħa tal-Kunsill Internazzjonali f’Malta tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Istudenti tal-Liġi, l-ELSA, fir-Rebbiegħa tal-2016.
ELSA Malta intgħażlet biex tospita din d-69 laqgħa internazzjonali u l-ħames waħda f’Malta wara li membri tad-delegazzjoni Maltija ppreżentaw l-applikazzjoni ta’ Malta waqt konferenza li saret fl-aħħar jiem f’Bodrum, it-Turkija.
Fi stqarrija fuq Facebook, id-delegazzjoni Maltija qalet li ELSA Malta tinsab sodisfatta li għal darb’oħra intgħażlet min-netwerk tal-ELSA biex tospita dan l-avveniment importanti u rringrazzjat lil kull min ta s-sapport tiegħu lil ELSA Malta.