L-elezzjonijiet reġjonali wara l-Covid-19

Fi Spanja, illum isiru l-elezzjonijiet fir-reġjuni fit-Tramuntana – dak Bask u ta’ Galicia, l-ewwel elezzonijiet wara l- imxija ta’ coronavirus.

L-awtoritajiet fil-belt ta’ Bilbao, żiedu l-għadd ta’ postijiet ta’ votazzjoni b’25% bil-għan li tinżamm id-distanza soċjali bejn il-votanti.

L-elezzjonijiet fiż-żewġ reġjuni kellhom isiru f’April, imma ġew posposti wara li Spanja daħlet f’lockdown fil-bidu ta’ Marzu.

L-awtoritajiet qalu li l-madwar 450 persuna li għandhom il-coronavirus fiż-żewġ reġjuni mhux se jitħallew jivvutaw.