L-elezzjonijiet tal-Partit Demokratiku se jsiru f’Lulju

Partit Demokratiku

Il-Partit Demokratiku ħabbar li l-elezzjonijiet għall-pożizzjonijiet fl-Eżekuttiv tal-partit se jsiru s-Sibt fl-4 ta’ Lulju. L-Eżekuttiv għaldaqstant qed joħroġ sejħa lill-membri biex jikkontestaw.

Dakinhar, il-Partit Demokratiku se jkun qed jorganizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali wara li kienet ġiet posposta minn Marzu li għadda minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Fi stqarrija, il-kelliem tal-PD qal li d-dettalji jingħataw aktar ‘il quddiem.